Il-paċi li jagħtina l-Mulej minn issa hi t-togħma tal-ġenna – L-Arċisqof
10/05/2022 Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-FurjanaL-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna
L-aħħar parti ta’ dan l-Evanġelju smajnieha l-Ħadd li għadda. Is-silta b’xi mod hi kompluta kif smajnieha llum għax tagħtina l-post, il-ħin u anki għaliex Ġesù qal il-kliem sabiħ li smajna fil-Ħadd tar-Ragħaj it-Tajjeb, ir-raba’ ħadd ta’ wara l-Għid. L-ewwel nett kienet ix-xitwa Ġesù, ovvjament immaġinaw żmien ix-xita u l-kesħa, ma jippritkax fil-beraħ imma jmur fit-tempju, fil-loġġa ta’ Salamun, xi ħaġa msaqqfa, u jitkellem hemmhekk jiltaqa’ man-nies u hemmhekk il-Lhud jistaqsuh ċar u tond: “Jekk inti l-Messija, għidilna ċar u tond” (Ġw 10:24)… Kompli aqra »