Arkivji mensili: Jannar 2023

Il-Parroċċa ta’ Fleur-de-Lys tgħaddi f’idejn l-Arċidjoċesi ta’ Malta

L-Arċidjoċesi ta’ Malta u l-Provinċja Maltija tal-Ordni tal-Aħwa tal-Karmelu temmew il-proċess li bih l-Provinċja Karmelitana qed tgħaddi l-Knisja Parrokkjali tal-Madonna tal-Karmnu fi Fleur-de-Lys u l-kumpless anness magħha lill-Arċidjoċesi ta’ Malta għall-użu pastorali tal-istess parroċċa. Mit-Tnejn 9 ta’ Jannar 2023, il-kura pastorali tal-poplu t’Alla miġbur fil-parroċċa ta’ Fleur-de-Lys ser taqa’ taħt ir-responsabiltà diretta tal-Kleru djoċesan. L-Arċisqof Charles Scicluna qed jaħtar lil Dun Darren Pace bħala amministratur parrokkjali ta’ din il-parroċċa… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 7 ta’ Jannar 2023, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 7 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Ġw 5:14-21
Salm: 149:1-2,3-4,5 u 6a u 9b

L-Evanġelju: Ġw 2:1-11

F’dak iż-żmien, sar tieġ f’Kana tal-Galilija, u omm Ġesù kienet hemm. Ġesù kien mistieden għat-tieġ hu wkoll flimkien mad-dixxipli tiegħu. Billi ma kienx fadal iżjed inbid, omm Ġesù qaltlu: “Ma għandhomx inbid”. U Ġesù qalilha: “X’hemm bejni u bejnek, mara? Is-siegħa tiegħi għadha ma waslitx”… Kompli aqra »

L-aħħar kliem tal-Papa Benedittu kienu proprju stqarrija ta’ mħabba għal Ġesù: ‘Gesù, ti amo’ – L-Arċisqof

  Konkatidral ta’ San Ġwann, Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

L-ewwel ma għamel Indri, ħu Xmun Pietru, kif sema’ min kien tassew Ġesù ta’ Nazaret, il-mastrudaxxa, bin Ġużeppi, kien li jmur isib lil ħuh Xmun, sajjied bħalu. Ma jgħidlux: Sibna lil Ġesù ta’ Nazaret, jew mastrudaxxa bravu, jew iben ta’ mastrudaxxa. Jgħidlu: “‘Sibna l-Messija’ – li tfisser Kristu, il-Midluk. U ħadu għand Ġesù” (Ġw 1:41-42). Id-djalogu ta’ Ġesù ma’ dan Xmun, fl-ewwel kapitlu ta’ San Ġwann, li għadna kemm smajna silta minnu, huwa essenzjali… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza: Il-persuni li jkollhom laqgħa vera ma’ Ġesù ma jibżgħux jiftħulu qalbhom

  Awla Pawlu VI, Vatikan

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Qabel ma nibda din il-katekeżi nixtieq li ningħaqdu ma’ dawk kollha li, hawn qrib tagħna, ġew isellmu lil Benedittu XVI, u li naħsbu fih, hu li kien mgħallem kbir ta’ katekeżi. Il-ħsieb mirqum u ġentili tiegħu ma kienx awtoreferenzjali, imma ekkleżjali, għax dejjem ried jakkumpanjana lejn il-laqgħa ma’ Ġesù Kristu. Ġesù, il-Mislub li rxoxta, il-Ħaj u l-Mulej, kien id-destinazzjoni li lejha l-Papa Benedittu mexxiena, billi qabdilna jdejna… Kompli aqra »

Quddiesa fl-Epifanija bil-preżentazzjoni tan-Nunzju Appostoliku l-ġdid Savio Hon Tai-Fai

  Il-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta

Nhar il-Ħadd li ġej fid-9.30 a.m. Mons. Arċisqof Savio Hon Tai-Fai se jqaddes quddiesa fis-solennità tal-Epifanija tal-Mulej fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Jikkonċelebraw l-Arċisqof Charles J. Scicluna u l-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi. Dakinhar Mons. Hon Tai-Fai se jkun preżentat bħala n-Nunzju Appostoliku l-ġdid tas-Santa Sede għal Malta. Kulħadd huwa mistieden jattendi għall-quddiesa biex jagħtih merħba.

Mons. Savio Hon Tai-Fai, bħala nunzju, għandu r-responsabbiltà li jirrappreżenta l-Papa mal-Knisja f’Malta u Għawdex, kif ukoll mal-awtoritajiet ċivili… Kompli aqra »

€300,000 għar-restawr tal-Knisja ta’ Ġieżu fil-Belt

Bħalissa għaddej xogħol ta’ restawr fil-Knisja Franġiskana tal-Madonna ta’ Ġesù (Ta’ Ġieżu) fil-Belt Valletta b’investiment ta’ €300,000.

F’kummenti li ta lil Newsbook.com.mt Fr Ramon Farrugia qal li dan ix-xogħol ta’ restawr kien ħolma tal-komunità li issa se ssir realtà. Żied jispjega li x-xogħol illi għaddej bħalissa jagħmel parti minn proġett ta’ restawr estensiv, kemm fil-kunvent kif ukoll fil-knisja. “Bis-saħħa tal-Ministeru u tad-Direttorat tar-Restawr nittama li fi żmien sena jkollna l-parti esterna tal-knisja ta’ Ġieżu restawrata ħa tingħata lura l-glorja u d-dinjità li jixirqilha,” qal Fattufia… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 6 ta’ Jannar 2023, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 6 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Ġw 5:5-13
Salm: 147:12-13,14-15,19-20

L-Evanġelju: Mk 1:7-11

F’dak iż-żmien, Ġwanni kien ixandar u jgħid: “Ġej warajja min hu aqwa minni, li jien ma jistħoqqlix nitbaxxa quddiemu u nħoll il-qfieli tal-qorq tiegħu. Jiena għammidtkom bl-ilma, iżda huwa jgħammidkom bl-Ispirtu s-Santu”.

U ġara li f’dawk il-jiem ġie Ġesù minn Nazaret tal-Galilija, u tgħammed minn Ġwanni fil-Ġordan… Kompli aqra »

Benedittu “ħabib fidil tal-Għarus” li ntelaq f’idejn il-Missier – Il-Papa Franġisku

“Benedittu, ħabib fidil tal-Għarus, jalla l-hena tiegħek ikun sħiħ xħin tisma’ darba għal dejjem il-leħen tiegħu!”. Hekk għalaq l-omelija tiegħu l-Papa Franġisku fil-quddiesa tal-funeral ta’ Benedittu XVI, li ntemmet ftit tal-ħin ilu.

Fil-preżenza ta’ mijiet ta’ saċerdoti konċelebranti u eluf ta’ fidili kemm quddiem il-Bażilika ta’ San Pietru u kemm minn madwar id-dinja kollha, il-quddiesa ppreseduta mill-Papa kienet iċċelebrata mill-Kardinal Giovanni Battista Re, Dekan tal-Kulleġġ tal-Kardinali… Kompli aqra »