Arkivji mensili: Jannar 2023

Għażla favur il-ħajja – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa b'tifkira tat-trabi abortiti

  Il-Kappella tal-Lunzjata, ir-Rabat

“Il-poplu li kien miexi fid-dlam ra dawl kbir”. Dan hu li naqraw fil-Profeta Iżaija, u l-Evanġelju jgħidilna kif dan seħħ f’Ġesù: hu d-dawl kbir li l-poplu kellu bżonn. Fil-ħajja ta’ Ġesù dejjem hemm dan il-kuntrast bejn id-dawl u d-dlam, sa mill-bidu nett. Hu għalhekk li Ġesù jgħid: “Jiena hu d-dawl tad-dinja. Min jimxi warajja ma jimxix fid-dlam, imma jkollu d-dawl tal-ħajja” (Ġw 8:12).

Hu Ġesù li jurina b’ħajtu u bit-tagħlim tiegħu dak li aħna għandna nħaddnu bħala dawl, u jurina wkoll id-dlam li rridu nevitaw… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 23 ta’ Jannar 2023, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 23 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Lhud 9:15,24-28
Salm: 97 (98):1,2-3ab,3ċd-4,5-6

L-Evanġelju: Mark 3:22-30

F’dak iż-żmien, il-kittieba li kienu niżlu minn Ġerusalemm bdew jgħidu: “Dan Ġesù għandu fih lil Begħelżebul”, u wkoll: “Dan bis-saħħa tal-Prinċep tax-xjaten qiegħed ikeċċihom ix-xjaten”. Hu sejħilhom lejh u beda jkellimhom bil-parabboli: “Kif jista’ x-Xitan ikeċċi x-Xitan? Jekk saltna tinqasam fiha nfisha, dik is-saltna ma tistax iżżomm wieqfa… Kompli aqra »

L-Arċisqof jistaqsi: aħna ta’ min aħna xhieda?

Quddiesa fil-festa tal-Konverżjoni ta' Missierna San Pawl

  Il-Katidral ta' San Pawl, l-Imdina

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Sawl, Sawl għaliex qiegħed tippersegwitani?” (Atti 22:7). Din hi l-ewwel kelma li l-appostlu Missierna, li aħna nafuh ukoll bit-tieni isem tiegħu Pawlu, isem Ruman li jissieħeb mal-isem Lhudi Sawlu li x’aktarx ingħata fiċ-ċirkonċiżjoni tiegħu ta’ tmint ijiem, dan hu l-ewwel kliem li jisma’ mingħand Ġesù.

L-ewwel nett hu kliem personali ħafna. Ġesù lil dan ir-raġel isejjaħlu b’ismu. U l-isem ifisser li Ġesù għandu għatx kbir li jidħol fi djalogu dirett ma’ dan ir-raġel… Kompli aqra »

Għamlu t-tajjeb, fittxu d-dritt – L-Isqof Galea-Curmi

Message by Bishop Joseph Galea-Curmi

We are midway through the Week of Prayer for Christian Unity, which takes place every year from 18 to 25 January. The Dicastery for Promoting Christian Unity and the World Council of Churches Joint Commission on the Week of Prayer for Christian Unity has chosen as the Scriptural Theme for this year a passage from Isaiah 1:17, “Do good; seek justice.” The whole verse says: “Learn to do good; seek justice, rescue the oppressed, defend the orphan, plead for the widow” (1:17), while the entire scriptural text for the theme is Isaiah 1:12-18, lamenting a lack of justice among the People of God while, at the same time, promising redemption by encouraging acts of justice… Kompli aqra »

X’jiġri fuq l-għolja – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Tela’ fuq l-għolja” (Mk 3:13). Hekk naqraw illum fl-Evanġelju skond San Mark. Ġesù tela’ fuq l-għolja biex hemmhekk jagħżel it-tnax. Aħna nafu li Ġesù kemm-il darba tela’ fuq għolja jew fuq muntanja biex jitlob, u l-għolja hija l-post speċjali fejn Alla juri lilu nnifsu jew jagħti messaġġ speċjali – din narawha fl-Iskrittura. Hawnhekk Ġesù tela’ fuq l-għolja biex jagħżel it-tnax.

Nixtieq naraw id-deskrizzjoni qasira u sabiħa ta’ San Mark fuq kif jagħżel dawn it-tnax… Kompli aqra »

Quddiesa tal-Ħadd – 22 ta’ Jannar 2023, 9:30am

  Il-Katidral ta' San Pawl, l-Imdina

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 22 ta’ Jannar

It-Tielet Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Is 8:23b – 9:3
Salm: 26 (27):1,4,13-14
It-Tieni Qari: 1 Kor 1:10-13.17

L-Evanġelju: Mt 4:12-23

Meta Ġesù sama’ li kienu arrestaw lil Ġwanni, warrab lejn il-Galilija. Telaq minn Nażaret u mar joqgħod Kafarnahum, qrib il-baħar, fl-inħawi ta’ Żebulun u Naftali, biex hekk iseħħ dak li kien ingħad permezz tal-profeta Isaija, meta qal: “Art ta’ Żebulun, u art ta’ Naftali, it-triq tal-baħar, art ’il hemm mill-Ġordan, Galilija tal-ġnus! … Kompli aqra »

Life Network Foundation tniedi Central Distribution Hub ġdid għal ommijiet u trabi fil-bżonn

Life Network Foundation qed tniedi l-ftuh ta’ Central Distribution Hub ġdid għal ommijiet u trabi fil-bżonn. Il-Hub se jkun post fejn l-ommijiet jistgħu jiġu biex jirċievu għajnuna bhal provvisti ta’ ikel għat-trabi, ħrieqi, ħwejjeġ tat-trabi, u ħtiġijiet oħra li forsi ma jkunux jifilħu għalihom jew li ma jkollhomx aċċess għalihom. Il-Hub ser iservi ukoll bħala post fejn jintlaqgħu, jigu organizzati, u mqassma donazzjonijiet li nircievu mill-komunità. 

Fl-2022, LifeLine Malta pprovda numru rekord ta’ servizzi ta’ għajnuna u provvisti… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 21 ta’ Jannar 2023, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »