Arkivji mensili: Jannar 2023

Quddiesa u Rużarju – 26 ta’ Jannar 2023, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 26 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 2 Tim 1:1-8
Salm: 95:1-3,7-8a,10

L-Evanġelju: Lq 10:1-9

F’dak iż-żmien: Il-Mulej qabbad tnejn u sebgħin oħra u bagħathom tnejn tnejn qablu f’kull belt u post fejn kien sejjer hu. U qalilhom:

“Il-ħsad hu kbir, tassew, imma l-ħaddiema ftit. Itolbu mela ’l sid il-ħsad biex jibgħat ħaddiema għall-ħsad tiegħu. Morru! Araw, qiegħed nibgħatkom bħal ħrief qalb l-ilpup. Teħdux magħkom, la but, la ħorġa u lanqas qrieq, u fit-triq issellmu ’l ħadd… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 25 ta’ Jannar 2023, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 25 ta’ Jannar

Il-Konverżjoni tal-Appostlu Missierna San Pawl – Festa

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 22:3-16
Salm: 116:1-2

L-Evanġelju: Mk 16:15-18

F’dak iż-żmien: Ġesù wera ruħu lill-Ħdax, u qalilhom: “Morru fid-dinja kollha, xandru l-Bxara t-tajba lill-ħolqien kollu. Min jemmen u jitgħammed, isalva, iżda min ma jemminx, ikun ikkundannat. U dawn huma l-mirakli li jsieħbu ’l dawk li jemmnu: f’Ismi jkeċċu x-xjaten, jitkellmu b’ilsna ġodda, jaqbdu s-sriep b’idejhom, u jekk jixorbu xi xorb li jġib il-mewt ma jagħmlilhomx ħsara; iqiegħdu jdejhom fuq il-morda u dawn ifiqu.” Kompli aqra »

Ibgħat fina l-Ispirtu Qaddis tiegħek – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Għandu fih spirtu ħażin” (Mk 3:30). Dan hu li qalu xi kittieba fuq Ġesù, kif naqraw fl-Evanġelju skont San Mark. Nafu li xi kittieba kienu f’polemika ma’ Ġesù fuq diversi affarijiet. Ġieli anke kienu jgħassulu, biex jaraw ifejjaqx f’Jum is-Sibt. Imma hawn jgħidu xi ħaġa ħafna aktar serja: qed jgħidu li għandu fih xitan, li hu jkeċċi x-xjaten “bis-saħħa tal-Prinċep tax-xjaten” (Mk 3:22).  … Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 24 ta’ Jannar 2023, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 24 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Lhud 10:1-10
Salm: 39 (40):2 u 4ab,7-8a,10,11

L-Evanġelju: Mark 3:31-35

F’dak iż-żmien, ġew omm Ġesù u ħutu, baqgħu barra u bagħtu jsejħulu. Dak il-ħin kien hemm ħafna nies bilqiegħda madwaru. Qalulu: “Ara, ommok u ħutek qegħdin hemm barra u jriduk”.

U hu weġibhom: “Min huma ommi u ħuti?”. Imbagħad dawwar ħarstu fuq dawk li kien hemm madwaru bilqiegħda, u qal: “Dawn, ara, huma ommi u ħuti… Kompli aqra »

Ftehim għat-tmexxija ta’ 2 idjar għal żgħażagħ li qed jitgħallmu jgħixu b’mod indipendenti

Ritratt: Rogério Martins

Il-Ministeru għall-Politika Soċjali u s-Salesjani ta’ Don Bosco ffirmaw ftehim li qed jiggarantixxi s-servizz f’Dar Alberto Mavelli f’Raħal Ġdid u fir-Residenza Carlo Gastini fil-Belt Valletta.

Il-Ministru għall-Politika Soċjali Michael Falzon attenda għall-iffirmar tal-ftehim bejn il-Ministeru u s-Salesjani ta’ Don Bosco li jinkludi investiment li jkopri tliet snin u jammonta għal €176,000.

Dawn id-djar joffru għajnuna lil żgħażagħ li fil-passat għexu f’residenza tat-tfal jew ambjent alternattiv u issa qed jiġi megħjuna biex jgħixu b’mod indipendenti… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Angelus: Biex niksbu l-ħajja jeħtieġ naċċettaw l-isfida li nħallu warajna affarijiet oħra

  Pjazza San Pietru, il-Vatikan

Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb!

L-Evanġelju tal-Liturġija tal-lum (Mt 4:12-23) jirrakkonta s-sejħa tal-ewwel dixxipli li ħdejn l-għadira tal-Galilija, jitilqu kollox biex imorru wara Ġesù. Xi wħud minnhom kienu diġà ltaqgħu miegħu permezz ta’ Ġwanni l-Battista, u Alla nissel fihom iż-żerriegħa tal-fidi (ara Ġw 1:35-39). U issa Ġesù jerġa’ lura jfittixhom, hemm, fejn jgħixu u jaħdmu. Il-Mulej ifittixna dejjem; il-Mulej dejjem joqrob lejna, dejjem… Kompli aqra »