Arkivji mensili: Jannar 2023

Rethink | Ep.4: Żvilupp sostenibbli

Fid-dawl taż-żjara tal-Papa Franġisku f’Malta, l-Arċidjoċesi ta’ Malta qed tniedi proġett bl-isem ta’ rethink.mt: Rethink culture.

rethink.mt hu spazju għal djalogu b’rispett dwar kwistjonijiet kumplessi li qed isawru l-kultura Maltija. Bil-kontribuzzjoni tal-Vikarjat għall-Evanġelizzazzjoni u s-sehem tal-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi, dan il-proġett ħa jġib flimkien numru ta’ nies attivi fis-soċjetà Maltija, li ħa jiddiskutu t-tip ta’ kultura li nixtiequ nibnu flimkien… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 17 ta’ Jannar 2023, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 17 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Lhud 6:10-20
Salm: 110 (111):1-2,4-5,9 u 10ċ

L-Evanġelju: Mk 2:23-28

F’dak iż-żmien, f’jum is-Sibt Ġesù kien għaddej minn għalqa miżrugħa, u d-dixxipli tiegħu, huma u mexjin, bdew jaqtgħu s-sbul. U l-Fariżej staqsewh: “Ara! Għaliex qegħdin jagħmlu dak li ma jiswiex nhar ta’ Sibt?”.

U hu qalilhom: “Qatt ma qrajtu x’għamel David meta kien fil-ħtieġa u ħadu l-ġuħ, hu u dawk li kienu miegħu, kif daħal fid-dar ta’ Alla, fi żmien il-qassis il-kbir Abjatar, u kiel il-ħobż tal-preżenza ta’ quddiem il-Mulej, li ħadd ma kien jista’ jieklu ħlief il-qassisin, u ta minnu wkoll lil min kien miegħu!”… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Anġelus: Aħna niġbdu lill-oħrajn lejn Ġesù jew lejna nfusna?

  Pjazza San Pietru, Il-Vatikan

Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb!

L-Evanġelju tal-Liturġija tal-lum (cfr Ġw 1, 29-34) itina x-xhieda ta’ Ġwanni l-Battista dwar Ġesù, wara li kien għammdu fix-xmara Ġordan.  Jgħid hekk: “Dan hu li għalih għidtilkom: warajja ġej bniedem li hu aqwa minni, għax kien qabli” (vv. 29-30)

Din id-dikjarazzjoni, din it-testimonjanza, tikxef l-ispirtu ta’ servizz ta’ Ġwanni.  Hu kien mistieden iħejji t-triq għall-Messija u għamel dan bis-saħħa tiegħu kollha.  … Kompli aqra »

Tħejjija għal-laqgħa kontinentali Ewropea – Sinodu fuq is-Sinodalità

Il-Knisja ta’ Alla bħalissa għaddejja minn proċess ta’ sinodu bit-tema ‘Lejn Knisja sinodali: komunjoni, parteċipazzjoni u missjoni’. B’din is-sejħa, il-Papa Franġisku jistieden lill-Knisja kollha biex tirrifletti fuq tema deċiżiva għall-ħajja u l-missjoni tagħha.

Il-proċess ta’ dan is-Sinodu issa wasal fl-istadju kontinentali, li jikkonsisti fi żmien ta’ smigħ u dixxerniment tal-Poplu ta’ Alla kollu u tal-Knejjes lokali kollha fuq bażi kontinentali, li jwassal għal sensiela ta’ assemblej kontinentali… Kompli aqra »

L-Arċisqof jisħaq dwar id-drittijiet tal-vittmi ta’ abbuż mill-kleru

L-Arċisqof Charles Scicluna, meqjus bħala l-investigatur ewlieni tal-Papa Franġisku dwar abbużi mill-kleru, irrikonoxxa l-frustrazzjonijiet ta’ vittmi ta’ abbużi minħabba l-kultura stretta ta’ segretezza li għandu l-Vatikan fejn jidħlu isqfijiet Kattoliċi akkużati b’imġieba ħażina jew li ħbew dawn il-każijiet.

F’intervista man-National Catholic Reporter, ġurnal Kattoliku meqjus wieħed mill-iżjed progressivi fl-Istati Uniti tal-Amerika, Mons. Scicluna stqarr li l-Vatikan għadu ma wasalx f’dak li hu sejjaħlu “l-aħjar punt” fil-mod kif isegwi l-vittmi tal-abbużi, u sejjaħ il-materja “xi ħaġa li għad trid tkompli tiġi żviluppata”… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 16 ta’ Jannar 2023, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 16 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Lhud 5:1-10
Salm: 109 (110):1,2,3,4

L-Evanġelju: Mk 2:18-22

Darba waħda d-dixxipli ta’ Ġwanni u l-Fariżej kienu sajmin, u ġew u qalu lil Ġesù: “Għaliex id-dixxipli ta’ Ġwanni u d-dixxipli tal-Fariżej isumu, u d-dixxipli tiegħek ma jsumux?”. Qalilhom Ġesù: “Huwa l-ħbieb tal-għarus se jsumu sakemm l-għarus ikun għadu magħhom? Sakemm ikollhom l-għarus magħhom mhumiex se jsumu. Imma jasal il-jum meta l-għarus jitteħdilhom, u mbagħad isumu dakinhar… Kompli aqra »

Irridu nagħmlu att ta’ fidi fuq il-qawwa ta’ Ġesù – L-Arċisqof

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Photo by Pixabay from Pexels L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Din is-silta mill-ewwel kapitlu: għadna fl-ewwel kapitlu tal-Evanġelju ta’ San Mark. Huwa Evanġelju li ma jagħtina xejn dwar it-twelid ta’ Ġesù u lanqas it-tfulija ta’ Ġesù. L-Evanġelju ta’ San Mark jibda bi Ġwanni l-Battista u bil-Magħmudija tal-Mulej. Għadna fl-ewwel kapitlu u nindunaw mill-ewwel il-bidu ta’ dik li aħna nsejħulha l-ħajja u l-ħidma pubblika ta’ Ġesù… Kompli aqra »

Quddiesa tal-Ħadd – 15 ta’ Jannar 2023, 9:30am

  Il-Knisja Parrokkjali ta’ Marija Immakulata Omm il-Knisja, Tal-Ibraġ