Il-Papa fl-Anġelus: Ejjew nagħmlu bħal Ġesù: naqsmu mal-oħrajn
08/01/2023 Pjazza San Pietru, Il-VatikanGħeżież ħuti, il-jum it-tajjeb!
Illum qed niċċelebraw il-Festa tal-Magħmudija tal-Mulej u l-Evanġelju jippreżentalna xena inkredibbli: hija l-ewwel darba li Ġesù qed jidher fil-pubbliku wara ħajja moħbija f’Nazaret; jasal fuq xatt ix-xmara Ġordan biex jitgħammed minn Ġwanni (Mt 3, 13-17). Kien rit li bih in-nies kienu jindmu u jieħdu l-impenn li jikkonvertu; innu liturġiku jgħid li l-poplu kien imur biex jitgħammed “b’ruħ għerja u saqajn ħafja” – ruħ miftuħa, għerja, bla xejn mistur – jiġifieri bl-umiltà, b’qalb trasparenti. … Kompli aqra »