Arkivji mensili: Marzu 2023
Tahielna bħala Omm waqt l-akbar tbatija – L-Isqof Galea-Curmi
30/03/2023 Il-Parlament ta' Malta, il-Belt VallettaL-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi
Wieħed mir-ritratti kommoventi dan l-aħħar f’pajjiżna kien juri jitgħannqu żewġ ommijiet li għaddew u għaddejjin minn tbatija kbira u wġigħ tremend. Żewġ ommijiet li kellhom jaffaċċjaw l-agħar esperjenza li omm qatt tista’ tgħaddi minnha: it-telfa ta’ wliedhom, u t-telfa tagħhom f’ċirkustanzi traġiċi. Dawn iż-żewġ ommijiet – omm Pelin Kaya u omm Jean Paul Sofia – huma espressjoni mill-aktar attwali ta’ dak li niċċelebraw għada bit-tifkira tal-Madonna tad-Duluri.
Dawn l-ommijiet imkissra qed jistennew ġustizzja wara t-telfa ta’ wliedhom – bħalma qed jistennew ukoll ommijiet oħra – u żgur li għandu jsir dak kollu possibbli biex il-ġustizzja sseħħ u biex ikun jidher li qed jittieħdu l-miżuri kollha possibbli għal dan il-għan… Kompli aqra »
Quddiesa f’Jum id-Duluri – 31 ta’ Marzu 2023, 9:30am
31/03/2023 Il-Knisja ta' Ġieżu, Il-Belt VallettaGħin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »
Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.
Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa
Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija.
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »
L-Evanġelju tal-jum: 31 ta’ Marzu
31/03/2023Il-Verġni Mqaddsa Marija tad-Duluri
Qari tal-jum
L-Ewwel Qari: Ġer 20:10-13
Salm: 17 (18):2-3a,3bċ-4,5-6,7
L-Evanġelju: Ġw 10:31-42
F’dak iż-żmien, il-Lhud reġgħu qabdu l-ġebel biex iħaġġru lil Ġesù. Imma Ġesù qalilhom: “Kien hemm ħafna għemejjel tajba li jiena wrejtkom mingħand il-Missier; għal liema għemil minnhom tridu tħaġġruni?”. Weġbuh il-Lhud: “Mhux għal xi għemil tajjeb irridu nħaġġruk, iżda minħabba d-dagħwa li dgħajt, u għax int, li m’intix ħlief bniedem, qiegħed tagħmel lilek innifsek Alla”… Kompli aqra »
Il-Papa Franġisku jiddaħħal l-isptar b’infezzjoni respiratorja
Jeħtieġ kura medika li se tingħata tul dawn il-jiem
30/03/2023Il-Papa Franġisku qed ibati minn “infezzjoni respiratorja li teħtieġ xi jiem ta’ kura medika adattata fl-isptar.”
L-Uffiċċju Stampa tal-Vatikan ħabbar dan illejla fi stqarrija ppublikata fit-8:30pm.
Intqal li minn testijiet li sarulu waranofsinhar fl-isptar Ġemelli ta’ Ruma, ġie eskluż li l-Papa seta’ kellu l-Covid 19.
L-istqarrija tkompli li “l-Papa lmenta minn diffikultajiet fin-nifs tul il-jiem li għaddew u llum wara nofsinhar iddaħħal l-isptar biex isirulu t-testijiet meħtieġa… Kompli aqra »
Live: Quddiesa mill-Parlament ta’ Malta, il-Belt Valletta – 30 ta’ Marzu, 9:30am
30/03/2023 Il-Parlament ta' Malta, il-Belt VallettaGħin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »
Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.
Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa
Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija.
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »
Direttur ġdid għal Missio Malta
30/03/2023Il‑Kongregazzjoni għall‑Evanġelizzazzjoni tal‑Popli tas‑Santa Sede ħatret lil Dun Victor Agius bħala direttur ġdid ta’ MISSIO Malta għall‑ħames snin li ġejjin (2023‑2028).
Il‑MISSIO għandu l‑għan li jgħin lill‑Papa fit‑tixrid tal‑ispirtu missjunarju fost il‑qassisin, reliġjużi, adulti u tfal u jinkoraġġixxi l‑għajnuna lill‑foqra permezz ta’ għajnuna finanzjarja għal proġetti f’pajjiżi tat‑Tielet Dinja. Il‑MISSIO jieħu ħsieb ukoll ix‑xandir tal‑Kelma ta’ Alla f’dawk il‑pajjiżi li qatt ma ġew evanġelizzati… Kompli aqra »
Ma baqgħetx imħawda – L-Isqof Galea-Curmi
25/03/2023 Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal BalzanPhoto by Bennet P Biju L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi
“Tħawdet ħafna għal dan il-kliem” (Lq 1:29). Dan hu li naqraw fl-Evanġelju llum, skont San Luqa, fil-ġrajja sabiħa tat-Tħabbira tal-Mulej – il-Festa tal-Lunzjata. Nixtieq li llum nirriflettu proprju fuq dan. Marija “tħawdet ħafna” għall-kliem li qalilha l-anġlu Gabriel meta daħal għandha.
Taħwid kbir
Meta naqraw dan il-kliem tant snin wara, jista’ jkun li naħsbu: mhux bilfors titħawwad! … Kompli aqra »
Quddiesa u Rużarju – 30 ta’ Marzu 2023, 9:30am
30/03/2023 Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-FurjanaGħin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »
Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.
Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa
Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija.
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »
L-Evanġelju tal-jum: 30 ta’ Marzu
30/03/2023Qari tal-jum
L-Ewwel Qari: Ġen 17,:3-9
Salm: 104 (105):4-5,6-7,8-9
L-Evanġelju: Ġw 8:51-59
F’dak iż-żmien, Ġesù qal lil-Lhud: “Tassew tassew ngħidilkom li min iħares il-kelma tiegħi ma jara qatt il-mewt”. Qalulu l-Lhud: “Issa tassew nafu li għandek Xitan fik. Abraham miet, u l-profeti wkoll; u inti tgħid: “Jekk xi ħadd iħares kelmti ma jduq qatt il-mewt”. Jaqaw int akbar minn missierna Abraham li miet? … Kompli aqra »