Arkivji mensili: Marzu 2023

Riflessjonijiet tar-Randan: Il-Muntanji

“Nerfa’ għajnejja lejn l-għoljiet; imnejn se tiġini l-għajnuna?

Fit-tieni Ħadd tar-Randan nisimgħu dwar it-trasfigurazzjoni ta’ Ġesù fuq il-muntanja Tabor.

Il-muntanji u l-għoljiet fil-Bibbja huma msemmija iktar minn ħames mitt darba. U dan mhux b’kumbinazzjoni, iżda għax fil-fidi Lhudija, il-muntanji jikkunsidrawhom bħala l-eqreb li tista’ tkun m’Alla minħabba li kienu jilħqu lejn is-smewwiet, l-eqreb lejn id-dawl. Infatti ħafna ġrajjiet sinifikanti ġraw fuq il-muntanji… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Anġelus: Ibqa’ miexi!

  Pjazza San Pietru, il-Vatikan

Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb!

F’dan it-tieni Ħadd tar-Randan jitħabbar l-Evanġelju tat-Trasfigurazzjoni: Ġesù jieħu miegħu fuq l-għolja lil Pietru, lil Ġakbu u lil Ġwanni u jidher quddiemhom fil-ġmiel kollu tiegħu bħala Iben Alla (cfr Mt 17, 1-9)

Nieqfu għal waqt fuq din ix-xena u nistaqsu lilna nfusna: fiex jikkonsisti dal-ġmiel kollu?  X’jaraw id-dixxipli?  Xi effett spettakolari?  … Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 6 ta’ Marzu 2023, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 6 ta’ Marzu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Dan 9:4b-10
Salm: 78 (79): 8,9,11 u 13

L-Evanġelju: Lq 6:36-38

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Ħennu, bħalma hu ħanin Missierkom. Tiġġudikawx, u ma tkunux iġġudikati; tikkundannawx, u ma tkunux ikkundannati; aħfru, u ssibu l-maħfra. Agħtu, u jingħatalkom.

Kejl tajjeb, marsus, mheżżeż sewwa u mburġat iqegħdulkom f’ħoġorkom; għax bl-istess kejl li tkejlu intom jitkejjel lilkom”. Kompli aqra »

Henjin dawk li jġibu l-paċi – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Photo by eberhard grossgasteiger L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Mur l-ewwel irranġa ma’ ħuk, imbagħad ejja tella’ l-offerta tiegħek” (Mt 5:24). Dan hu l-kliem li jgħid Ġesù llum, fl-Evanġelju skont San Mattew, lid-dixxipli tiegħu. Qed jgħidilhom kemm hu importanti li jkollhom dan l-istil ġdid ta’ ħajja, li hu iktar esiġenti minn dak li kienu jafu qabel.

Fil-fatt, Ġesù jgħid: “Smajtu xi ntqal… la toqtolx” (Mt 5:21)… Kompli aqra »

Ittrasformaw id-diffikultajiet bl-imħabba, il-paċenzja, il-mogħdrija u l-maħfra – L-Arċisqof

Quddiesa fit-tieni Ħadd tar-Randan

  Il-Knisja Parrokkjali ta' Santa Marija, il-Gudja

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Hu mument pjuttost intimu dan li għadna kemm smajna u li tant baqa’ mnaqqax fil-memorja,  propju naqrawha fit-tieni Ħadd tar-Randan, f’din il-mixja li bdejna fl-Erbgħa tal-Irmied (diġà qegħdin fit-tieni Ħadd tar-Randan) u kull sena fit-tieni Ħadd tar-Randan nisimgħu wieħed mit-tliet rakkonti tat-Trasfigurazzjoni.

L-ewwel nett tfakkarna li hemm leħen li jinstema’ biss, leħen li jgħidilna xi ħaġa għażiża dwar Ġesù u jgħidilna wkoll xi ħaġa li hi indirizzata lill-qalb tagħna: “Dan hu Ibni l-għażiż li fih sibt il-għaxqa tiegħi, isimgħu lilu” (Mt 17:5)… Kompli aqra »

Quddiesa tal-Ħadd – 5 ta’ Marzu 2023, 9:30am

  Il-Parroċċa ta' Santa Marija, il-Gudja

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 5 ta’ Marzu

It-Tieni Ħadd tar-Randan
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġen 12:1-4a
Salm: 32 (33):4-5,18-19,20 u 22
It-Tieni Qari: 2 Tim 1:8b-10

L-Evanġelju: Mt 17:1-9

F’dak iż-żmien, Ġesù ħa miegħu lil Pietru u lil Ġakbu u lil ħuh Ġwanni, tellagħhom fuq muntanja għolja weħidhom, u tbiddel quddiemhom. Wiċċu sar jiddi bħax-xemx, u lbiesu sar abjad bħad-dawl. U dehrulhom Mosè u Elija jitħaddtu miegħu… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 4 ta’ Marzu 2023, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 4 ta’ Marzu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Dewt 26:16-19
Salm: 118 (119):1-2,4-5,7-8

L-Evanġelju: Mt 5:43-48

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Smajtu x’intqal: “Ħobb lil għajrek, u obgħod lill-għadu tiegħek”. Imma jiena ngħidilkom: Ħobbu lill-għedewwa tagħkom, u itolbu għal dawk li jippersegwitawkom, biex tkunu wlied Missierkom li hu fis-smewwiet; għax hu jtalla’ x-xemx tiegħu sew fuq il-ħżiena u sew fuq it-tajbin, u jniżżel ix-xita sew fuq min hu tajjeb u sew fuq min mhuwiex… Kompli aqra »