Arkivji mensili: April 2023

Quddiesa tal-Ħadd – 23 ta’ April 2023, 9:30am

  Il-Kappella ta' San Ġorġ fil-Palazz tal-President, Ħ'Attard

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 23 ta’ April

It-Tielet Ħadd tal-Għid
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 2:14.22-33
Salm: 15 (16):1-2a,5,7-8,9-10.11
It-Tieni Qari: 1 Piet 1:17-21

L-Evanġelju: Lq 24:13-35

Dakinhar stess fl-ewwel jum tal-ġimgħa, ġara li tnejn mid-dixxipli kienu sejrin lejn raħal jismu Għemmaws, xi sittin stadju bogħod minn Ġerusalemm, jitħaddtu bejniethom fuq kulma kien ġara. Huma u jitħaddtu u jitkixxfu bejniethom, Ġesù nnifsu resaq lejhom u baqa’ miexi magħhom… Kompli aqra »

Ingħataw għall-poplu imma sibu ħin ukoll għalikom – L-Arċisqof lid-djakni ġodda

Quddiesa tiċċelebra l-ordinazzjoni djakonali

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Ma nsejħilkomx aktar qaddejja, għax il-qaddej ma jafx x’jagħmel sidu; sejjaħtilkom ħbieb” (Ġw 15:15). Int u tisma’ din il-Kelma proprju bħal-lum fid-djakonat, tgħid imma Ġesù jaf eżattament x’inhu jgħid. Meta aħna għadna kemm ikkonfermajna l-għażla tal-Knisja, biex lil dawn iż-żewġt irġiel żgħażagħ insejħulhom qaddejja, djakni – diákonoi.

“Ma nsejħilkomx aktar qaddejja” (Ġw 15:15); imma ma jsejħilhomx qaddejja għax ma jridhomx qaddejja li ma jafux x’jagħmel sidhom… Kompli aqra »

Live: Quddiesa tal-Ordinazzjoni Djakonali – 22 ta’ April 2023, 9:30am

  Il-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 22 ta’ April 2023, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-Evanġelju tal-jum: 22 ta’ April

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 6:1-7
Salm: 32 (33):1-2,4-5,18-19

L-Evanġelju: Ġw 6:16-21

Xħin sar filgħaxija, id-dixxipli ta’ Ġesù niżlu ħdejn il-baħar, rikbu dgħajsa u ġibdu għax-xatt l-ieħor tal-baħar, lejn Kafarnahum.Kien ġa dalam, u Ġesù kien għadu ma ġiex jilħaqhom. Il-baħar kien qam sewwa, għax kien qiegħed jonfoħ riħ qawwi.

Mela wara li kienu qadfu xi ħamsa u għoxrin jew tletin stadju, raw lil Ġesù miexi fuq il-baħar riesaq lejn id-dgħajsa, u beżgħu… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 21 ta’ April 2023, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 21 ta’ April

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 5:34-42
Salm: 26 (27):1,4,13-14

L-Evanġelju: Ġw 6:1-15

F’dak iż-żmien, Ġesù telaq lejn in-naħa l-oħra tal-baħar tal-Galilija, jew ta’ Tiberija. Ħafna nies marru warajh, għax raw is-sinjali li kien jagħmel bil-fejqan tal-morda. Ġesù tela’ lejn l-għoljiet u qagħad hemm bilqiegħda mad-dixxipli tiegħu. Kien qrib l-Għid, il-festa tal-Lhud.

Ġesù rafa’ għajnejh, lemaħ kotra ta’ nies ġejja lejh, u qal lil Filippu: “Mnejn nixtru l-ħobż biex dawn ikollhom x’jieklu?”… Kompli aqra »

Twieldet mill-ġdid bil-qawwa tal-Ispirtu ta’ Alla – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Knisja Parrokkjali ta’ Santa Katerina, iż-Żejtun

Photo by Roberto Nickson L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Jekk wieħed ma jitwelidx mill-ġdid, ma jistax jara s-Saltna ta’ Alla” (Ġw 3:3). Dan huwa l-kliem li Ġesù qal lil Nikodemu, li kien wieħed mill-kbarat tal-Lhud, wieħed mill-Fariżej, li kienu normalment kritiċi ħafna ta’ Ġesù. Imma dan ried imur ikellmu, u jkellmu bil-moħbi bil-lejl. U Ġesù mal-ewwel jgħidlu dal-kliem: li wieħed irid jitwieled mill-ġdid.

Nikodemu ma fehmux lil Ġesù għall-bidu… Kompli aqra »