Arkivji mensili: April 2023

Nitlob lil San Publiju li l-mexxejja tagħna jkunu mexxejja li jiddefendu d-dinjità tal-bniedem, hu min hu – L-Arċisqof

Quddiesa fil-festa ta' San Publiju

  Il-Knisja Arċipretali ta' San Publiju, il-Furjana

“Jiddi d-dawl tiegħek fid-dlam. Id-dlam tiegħek ikun bħal nofsinhar. Il-Mulej imexxik dejjem”. Dan il-kliem tal-profeta Iżaija li smajna fl-ewwel qari hu indirizzat ukoll illum lill-qaddis San Publiju. Ismu kien wieħed mill-iżjed ismijiet popolari fid-dinja Rumana. L-istudjużi jgħidulna li l-isem Publius kien x’aktarx il-ħames isem popolari fl-Imperu Ruman u l-għerq tiegħu kien propju riferiment għall-poplu. Mill-istess għerq ta’ Publiju għandna l-poplu stess, repubblika – dawn kollha ġejjin mill-istess għerq li jagħtina l-isem ukoll, il-prenome kif kienu jgħidulu l-Latini: publiusKompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 25 ta’ April 2023, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 25 ta’ April

San Mark, Evanġelista – Festa
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Piet 5:5b-14
Salm: 88:2-3,6-7,16-17

L-Evanġelju: Mk 16:15-20

F’dak iż-żmien: Ġesù wera ruħu lill-Ħdax, u qalilhom: “Morru fid-dinja kollha, xandru l-Bxara t-tajba lill-ħolqien kollu. Min jemmen u jitgħammed, isalva; iżda min ma jemminx, ikun ikkundannat.

U dawn huma l-mirakli li jissieħbu ma’ dawk li jemmnu: f’Ismi jkeċċu x-xjaten, jitkellmu b’ilsna ġodda, jaqbdu s-sriep b’idejhom, u jekk jixorbu xi xorb li jġib il-mewt, ma jagħmlilhomx ħsara; iqiegħdu idejhom fuq il-morda, u dawn ifiqu”… Kompli aqra »

Il-Papa waqt ir-Regina Caeli: Inħallu qalbna titriegħed man-nifs tal-Kelma tiegħu

Għeżież Ħuti, il-jum it-tajjeb!

F’dat-tielet Ħadd tal-Għid l-Evanġelju jirrakkonta l-laqgħa ta’ Ġesù rxoxt mad-dixxipli ta’ Għemmaws.  Dawn huma żewġ dixxipli illi, rassenjati minħabba l-mewt tal-Imgħallem, fil-jum tal-Għid jaqtugħha li jitilqu minn Ġerusalemm biex jerġgħu lura lejn darhom.  Forsi kienu xi ftit imħassbin għax kienu semgħu lin-nisa li ġew minn fejn il-qabar jgħidu li sabuh vojt, imma jitilqu lura xorta waħda. U waqt li mexjin, bil-geddum, jitħaddtu dwar li ġara, Ġesù jersaq ħdejhom, iżda huma ma jgħarfuhx.  … Kompli aqra »

Mulej, int tgħallimni t-triq tal-ħajja – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella Russa fi ħdan il-Palazz tal-President San Anton, Ħ'Attard

Photo by Markus Spiske L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Mulej, int tgħallimni t-triq tal-ħajja”. Dan hu li llum tlabna fis-Salm, u li smajna wkoll lil San Pietru jgħid fit-Tħabbira tal-Għid, fil-qari mill-Atti tal-Appostli. U llum l-Evanġelju jurina lil Ġesù miexi fit-triq ma’ żewġ dixxipli.

Nixtieq li naraw dan ir-rakkont sabiħ x’jgħidilna għall-ħajja tagħna, speċjalment meta nħarsu lejn dawn iż-żewġ dixxipli u nħarsu wkoll lejn Ġesù… Kompli aqra »

Jurini l-pjagi tiegħu u nemmen li Hu – L-Arċisqof

  Il-Katidral ta’ San Pawl, l-Imdina

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Din is-silta mill-Evanġelju ta’ San Ġwann li għadna kemm smajna, titkellem dwar laqgħa ta’ Ġesù mad-dixxipli tiegħu f’żewġt ijiem partikolari. L-Evanġelju jibda bir-riferiment għal dakinhar tal-Irxoxt ta’ Ġesù: “Dakinhar filgħaxija, fl-ewwel jum tal-ġimgħa” (Ġw 20:19); imbagħad it-tieni laqgħa ta’ Ġesù ssir “Tmint ijiem wara” (Ġw 20:26). Huwa sinjal għalina li nixtieq li napprezzaw ħafna, waqt li  napprezzaw ukoll il-laqgħat tagħna li jiċċelebraw il-Qawmien ta’ Ġesù mill-Imwiet, proprju mis-Sibt filgħaxija sal-Ħadd filgħaxija… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 24 ta’ April 2023, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 24 ta’ April

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 6:8-15
Salm: 118 (119):23-24,26-27,29-30

L-Evanġelju: Ġw 6:22-29

L-għada li Ġesù mexa fuq il-baħar, in-nies li kienu għadhom in-naħa l-oħra tal-baħar raw li hemmhekk ma kienx hemm ħlief dgħajsa waħda u li Ġesù ma kienx tela’ fiha mad-dixxipli tiegħu, imma li d-dixxipli kienu marru weħidhom. Mela waslu xi dgħajjes oħra minn Tiberija qrib fejn kienu kielu l-ħobż wara li l-Mulej kien radd il-ħajr… Kompli aqra »

Jimpurtah mill-bniedem sħiħ – L-Isqof Galea-Curmi

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Mnejn nixtru l-ħobż biex dawn ikollhom x’jieklu?” (Ġw 6:5) Din kienet id-domanda li għamel Ġesù lil wieħed mid-dixxipli, Filippu, kif naqraw fl-Evanġelju skont San Ġwann illum, u għamilha meta hu kien mar lejn l-għoljiet mad-dixxipli, u ra kotra kbira ta’ nies ġejja lejh. Kif jgħidilna l-Evanġelju, għamel din id-domanda mhux għax fil-fatt ried ikun jaf minn fejn se jixtri, imma għax “kien jaf x’sejjer jagħmel” (Ġw 6:6)… Kompli aqra »