Arkivji mensili: Mejju 2023

Quddiesa u Rużarju – 24 ta’ Mejju 2023, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 24 ta’ Mejju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 20:28-38
Salm: 67 (68):29-30,33-35a,35b-36ċ

L-Evanġelju: Ġw 17:11b-19

F’dak iż-żmien, Ġesù rafa’ għajnejh lejn is-sema talab u qal: “Missier qaddis, ħarishom f’ismek dawk li inti tajtni, biex ikunu ħaġa waħda bħalna. Kemm domt magħhom, jiena ħaristhom fl-isem tiegħek, l-isem li tajtni. U jiena ħadt ħsiebhom, u ħadd minnhom ma ntilef ħlief bin it-telfien, biex isseħħ l-Iskrittura. Imma issa jiena ġej għandek, u qiegħed ngħid dan, kif għadni fid-dinja, biex huma jkollhom fihom il-ferħ sħiħ tiegħi… Kompli aqra »

Filmat: Jitnieda ‘L-Għanja ta’ Ħabib’, ktieb ta’ poeżiji mill-Arċisqof

  Il-Palazz tal-Arċisqof, l-Imdina

Ftit tal-jiem ilu saret it-tnedija tal-ktieb il-ġdid tal-Arċisqof Charles J. Scicluna, fil-Palazz tal-Arċisqof, l-Imdina. ‘L-Għanja ta’ Ħabib’ hu ġabra ta’ aktar minn 120 poeżija, b’analiżi ta’ Prof. Charles Briffa u ritratti ta’ Daniel Cilia.

Il-poeżiji jitfgħu raġġ dawl fuq il-ħajja tal-Arċisqof bl-ewwel poeżija tmur lura għall-1975 filwaqt li l-iktar poeżija reċenti nkitbet fl-2022. Kif jispjega l-Arċisqof stess fid-daħla tiegħu għall-ktieb, fil-poeżiji hu qed jaqsam mal-qarrejja l-lehma ta’ żgħożitu, il-ħolm, ix-xewqat, it-turufnament u l-faraġ tal-adolexxenza… Kompli aqra »

Min-niket għall-ferħ – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Għad iġġarrbu n-niket, imma n-niket tagħkom għad jitbiddel f’hena” (Ġw 16:20) Dan hu l-kliem li Ġesù jgħid lid-dixxipli tiegħu fl-Evanġelju llum. Dan huwa parti mid-diskors tal-Aħħar Ċena, meta Ġesù qed jitkellem kemm fuq it-tbatija tiegħu, il-passjoni u l-mewt – meta jgħid “intom għad tibku u tingħu” u “iġġarrbu n-niket” –  kif ukoll fuq il-qawmien tiegħu – meta jgħid: “in-niket tagħkom għad jinbidel f’hena”… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 23 ta’ Mejju 2023, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 23 ta’ Mejju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 20:17-27
Salm: 67 (68):10-11,20-21

L-Evanġelju: Ġw 17:1-11a

F’dak iż-żmien, Ġesù rafa’ għajnejh lejn is-sema u qal: “Missier, waslet is-siegħa; agħti glorja lil Ibnek biex l-Iben jagħti glorja lilek, bħalma int tajtu s-setgħa fuq kull bniedem biex jagħti l-ħajja ta’ dejjem lil dawk kollha li inti fdajtlu.

Din hi l-ħajja ta’ dejjem, li jagħrfu lilek, Alla waħdek veru, u lil Ġesù Kristu, li inti bgħatt… Kompli aqra »

Manuskritti oriġinali tat-traduzzjoni tal-Kotba Mqaddsa esebiti f’Għawdex

Is-sotterran uniku tal-Kurja tal-Isqof ta’ Għawdex, fi Triq ir-Repubblika, ir-Rabat Għawdex, jinsab miftuħ minħabba l-esebizzjoni bl-isem Shemà: Il-Wirja, organizzata mid-Djoċesi ta’ Għawdex.

Barra esebiti prestiġjużi bħalma huma l-manuskritti oriġinali tat-traduzzjoni tal-Kotba Mqaddsa għall-Malti minn Pietru Pawl Saydon u Patri Eġidju Mizzi ofm conv. (b’dawn tal-aħħar qed jidhru fil-pubbliku għall-ewwel darba), kif ukoll pubblikazzjonijiet tal-aktar verżjonijiet bikrija tal-Kelma ta’ Alla miġjuba bil-Malti, il-wirja toffri itinerarju esperjenzali interattiv u awdjoviż li jgħin lil min iżurha jidħol iktar fil-fond tal-importanza tal-Kelma ta’ Alla fil-ħajja tan-Nisrani, tal-Knisja u tas-soċjetà… Kompli aqra »

Il-Papa waqt ir-Regina Caeli: X’qed jagħmel Ġesù fis-sema?

Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb!

Illum, fl-Italja u f’ħafna pajjiżi oħra qed issir iċ-ċelebrazzjoni tal-tlugh fis-sema tal-Mulej.  Festa li nafuha sewwa iżda li tista’ tqanqal xi ftit mistoqsijiet, tnejn tal-anqas. L-ewwel waħda: għaliex qed nagħmlu festa lit-tluq ta’ Ġesù mid-dinja? Donnu jidher li t-tluq tiegħu hu mument ta’ niket, mhux eżattament xi ħaġa li tferraħ! Għaliex qed niffesteġġjaw tluq? L-ewwel mistoqsija. It-tieni mistoqsija: x’qed jagħmel issa Ġesù fis-sema?  … Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 22 ta’ Mejju 2023, 9:30am