Riflessjoni tal-Kummissjoni Ambjent għal Jum l-Ambjent 2023
05/06/2023Fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-Ambjent, li jitfakkar bħal-lum 5 ta’ Ġunju, il-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent (KA) tagħti ġieħ lill-għaqdiet ambjentali volontarji, sindki u kunsilliera u mijiet ta’ ċittadini Maltin li jagħtu sehemhom għall-ħarsien tal-ambjent u l-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini kollha li jgħixu f’Malta u Għawdex.
Il-Kummissjoni tħeġġeġ ukoll lill-politiċi biex jaħdmu għall-ġid komuni waqt li għadhom fil-poter biex jagħmlu t-tibdiliet meħtieġa.
F’dan il-jum il-Kummissjoni tfakkar li l-istrateġiji li jħarsu l-ambjent u l-biedja qed ikunu “imminati minn proċess ta’ ppjanar li ma jsostnihomx”… Kompli aqra »