Arkivji mensili: Ġunju 2023

Quddiesa u Rużarju – 24 ta’ Ġunju 2023, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 24 ta’ Ġunju

It-Twelid ta’ San Ġwann Battista – Solennità
Qari ta-jum

L-Ewwel Qari: Is 49:1-6
Salm: 138:1-3,13-15
It-Tieni Qari: Atti 13:22-26

L-Evanġelju: Lq 1:57-66,80

Eliżabetta għalqilha ż-żmien li teħles, u kellha tifel. Il-ġirien u qrabatha semgħu li l-Mulej wera ħniena kbira magħha, u marru jifirħu magħha. Meta mbagħad fit-tmien jum ġew biex jagħmlu ċ-ċirkonċiżjoni lit-tifel, riedu jsemmuh Żakkarija, għal missieru; imma qabżet ommu u qalet: “Le, imma Ġwanni jkun jismu.” Qalulha: “Ma hemm ħadd li jismu hekk fost qrabatek!”

Imbagħad bdew jistaqsu bis-sinjali lil missieru x’ried isemmih, u hu talabhom xi ħaġa fuqiex jikteb, u kiteb hekk: “Ismu huwa Ġwanni.” U kulħadd baqa’ mistagħġeb… Kompli aqra »

L-Arċidjoċesi tilqa’ r-riżultat pożittiv li jippromwovi d-dritt għall-ħajja

L-Arċidjoċesi ta’ Malta tixtieq tirringrazzja lill-Gvern talli sema’ t-tħassib li tqajjem dwar l-ewwel abbozzi tal-emenda proposta.

L-Arċidjoċesi tixtieq tirringrazzja wkoll lil kull min ikkontribwixxa għal dan ir-riżultat pożittiv, li jkompli jħaddan kultura ta’ għożża li tippromwovi d-dritt għall-ħajja ta’ kull persuna u fl-istess waqt tirrispetta l-valuri ta’ appoġġ u solidarjetà, speċjalment għan-nisa tqal f’diffikultà. Kompli aqra »

Ragħajja għal nagħaġ bla ragħaj – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Bħal nagħaġ bla ragħaj” (Mt 9:36). Din hija d-deskrizzjoni li nsibu llum fl-Evanġelju skont San Mattew, ta’ dawn in-nies li kienu viċin Ġesù, u li Ġesù, meta ħares lejhom, rahom “bħal nagħaġ bla ragħaj”. 

Aħna nafu x’irid ifisser meta jgħid “nagħaġ bla ragħaj”. Għax mingħajr ir-ragħaj, in-nagħaġ huma mitlufa, jitħawdu, ma jafux id-direzzjoni fejn iridu jmorru, huma disorjentati. Fil-fatt, l-Evanġelju jgħid li “kienu mdejqa u mitluqa bħal nagħaġ bla ragħaj”. 

Tħassarhom u ħa azzjoni

U x’għamel Ġesù? … Kompli aqra »

Jitħabbru d-dettalji ta’ meta se jsir it-tberik tat-tarbija fil-ġuf fis-Santwarju Ta’ Pinu

F’Għawdex se jkun qed isir ir-Rit tat-Tberik tat-Tarbija fil-Ġuf li se jitmexxa mill-Isqof ta’ Għawdex Anton Teuma.

Dan ir-rit se jsir nhar il-Ħadd 25 ta’ Ġunju fis-6.30pm fis-Santwarju tal-Madonna Ta’ Pinu.

Dar Ġużeppa Debono u l-Komunità Anawim qed jistiednu lil dawk il-koppji u familji li qed jistennew tarbija għal din il-quddiesa. Wara r-Rit, se jkun hemm mument flimkien fuq iz-zuntier tas-Santwarju… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 23 ta’ Ġunju 2023, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 23 ta’ Ġunju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 2 Kor 11:18,21b-30
Salm: 33 (34):2-3,4-5,6-7

L-Evanġelju: Mt 6:19-23

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Tgeddsux għalikom teżori f’din id-dinja, fejn kollox jitmermer bil-kamla u s-sadid, u fejn il-ħallelin jinfdu u jisirqu. Iżda ġemmgħu għalikom teżori fis-sema, fejn xejn ma jitmermer u la bil-kamla u lanqas bis-sadid, u fejn ma hemmx ħallelin jinfdu u jisirqu. Għax fejn hemm it-teżor tiegħek, hemm tinsab qalbek ukoll… Kompli aqra »

Ġabra speċjali għall-karità tal-Papa Franġisku

F’kull parroċċa f’Malta, nhar is-Sibt 24 u l-Ħadd 25 ta’ Ġunju li ġej, se ssir ġabra speċjali sabiex tgħin lill-Papa Franġisku jkompli jgħin lill-persuni fil-bżonn f’kull rokna tad-dinja u jkompli jmexxi l-Knisja.

B’din il-ġabra nkunu qed nuru l-imħabba tagħna lejn il-Papa Franġisku u ngħinuh biex ikun jista’ jifrex dejjem aktar il-ħidmiet tiegħu ta’ Ragħaj tal-Knisja Universali permezz ta’ għotjiet ta’ karità mad-dinja kollha, ma’ ħutna l-aktar fil-bżonn, speċjalment ma’ dawk milqutin minn xi emerġenza, diżastru naturali jew gwerra. 

L-appell hu biex fil-ġabra nkunu ġenerużi u nuru l-għaqda tagħna mal-Papa Franġisku u l-gratitudni tagħna lejh għaż-żjara tiegħu fostna l-Maltin f’April li għadda… Kompli aqra »

Ippreżentat l-‘Instrumentum Laboris’ għas-Sinodu tal-Isqfijiet

Is-Segretarjat Ġenerali tas-Sinodu dalgħodu ppubblika l-Instrumentum laboris, dokument li se jgħin fil-ħidma tas-16-il Assemblea Ġenerali Ordinarja li se tiltaqa’ f’Ruma l-ewwel f’Ottubru li ġej u mbagħad f’dak tas-sena d-dieħla.

Id-dokument ta’ madwar 60 paġna, ippreżentat waranofsinhar f’Konferenza Stampa fil-Vatikan, jiġbor l-esperjenzi tal-Knejjes lokali f’kull parti tad-dinja, minn dawk li qed iġarrbu gwerer u bidliet fil-klima għal sistemi ekonomiċi diskriminatorji; minn dawk f’minoranza u ppersegwitati, għal dawk li nħakmu minn sekularizzazzjoni qawwija u vjolenti; minn dawk midruba mill-pjaga tal-abbużi sesswali kif ukoll tal-poter u l-kuxjenza, għal dawk fejn hemm tensjonijiet bejn diversi fazzjonijiet anki interni… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 22 ta’ Ġunju 2023, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »