Arkivji mensili: Ġunju 2023

Il-Papa waqt l-Anġelus: Jien minn xiex nibża’?

  Pjazza San Pietru, il-Vatikan

Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb, il-Ħadd it-tajjeb!

Fl-Evanġelju tal-lum Ġesù jirrepeti lid-dixxipli tiegħu għal tliet darbiet: “Tibżgħux” (Mt 10, 26.28.31).  Ftit ħin qabel kien kellimhom dwar il-persekuzzjonijiet li kellhom isofru minħabba l-Evanġelju, realtà li għada attwali: infatti l-Knisja, sa mill-bidu nett tagħha, flimkien mal-ferħat – u kien hemm ħafna minnhom! – ġarrbet ukoll tant persekuzzjonijiet.  Donnu paradossali: it-tħabbira tas-Saltna hi messaġġ ta’ paċi u ġustizzja, msejjes fuq il-karità fraterna u fuq il-maħfra, madankollu jġarrab oppożizzjoni, vjolenza u persekuzzjonijiet.  … Kompli aqra »

Bejn li tgeddes u li ġġemma’ – L-Isqof Galea-Curmi

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Tgeddsux”. Din hi l-kelma li juża Ġesù llum fl-Evanġelju skont San Mattew meta qed ikellem lid-dixxipli tiegħu u jgħidilhom li ma għandhomx jgħaddu ħajjithom jakkumulaw il-ġid. Jgħid: “Tgeddsux għalikom teżori f’din id-dinja” (Mt 6:19). U jgħid għaliex. L-ewwel nett, għax dawn maż-żmien jgħaddu – jitmermru bil-kamla u s-sadid; jista’ jkun ukoll li jidħol xi xi ħadd xi mument u jisraqhom; u – Ġesù jsemmiha din darb’oħra – jista’ jkun li wara li tgħaddi ħajtek takkumula l-ġid, imbagħad il-Mulej isejjaħlek għall-ħajja ta’ dejjem, u dak li akkumulajt ma tistax tieħdu miegħek imma tħallih għal ta’ warajk… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 26 ta’ Ġunju 2023, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 26 ta’ Ġunju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġen 12:1-9
Salm: 32 (33):12-13,18-19,20 u 22

L-Evanġelju: Mt 7:1-5

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Tiġġudikawx, biex ma tkunux iġġudikati; għax bl-istess ġudizzju li tagħmlu intom, tkunu ġġudikati; u bl-istess kejl li tkejlu intom, jitkejjel lilkom.

Xi trid tħares lejn it-tibna li hemm f’għajn ħuk? Għax ma tarax it-travu li għandek f’għajnek int? … Kompli aqra »

Il-Mulej jiftakar u ma jinsiex – L-Arċisqof

  Il-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

L-ewwel Evanġelju fil-festa tat-twelid ta’ San Ġwann il-Battista huwa proprju l-Evanġelju tat-tħabbira tat-twelid tiegħu. L-Evanġelista Luqa jagħtina l-kuntest. Meta ġara dak li se jirrakkonta? Hu jgħid: “Fi żmien Erodi, sultan tal-Lhudija, kien hemm qassis jismu Żakkarija, mit-taqsima ta’ Abija; martu, kien jisimha Eliżabetta, kienet minn ulied Aron” (Lq 1:5). Erodi huwa dak li l-Evanġelju, b’mod speċjali l-Evanġelju tat-twelid ta’ Ġwanni l-Battista, ta’ Ġesù, jirrappreżenta s-suppervja u l-arroganza tal-poter… Kompli aqra »

Għandna bżonn l-umiltà, il-kuraġġ u x-xhieda ta’ Ġwanni l-Battista – L-Arċisqof

Quddiesa fis-solennità ta' San Ġwann Battista

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Ismu huwa Ġwanni” (Lq 1:63). Dawn il-kelmiet ta’ missier din it-tarbija li tagħha qegħdin niċċelebraw it-twelid, għandhom effett straordinarju, l-ewwel nett fuq min qiegħed jisma’ “kulħadd baqa’ mistagħġeb” (Lq 1: 63).

Kulħadd baqa’ mistagħġeb li Żakkarija kkonferma dak li qalet l-omm, Eliżabetta, li isem it-tarbija mhux se jkun Żakkarija għal missieru, mhix kwistjoni ta’ dinastija li tagħraf id-demm u l-laħam, imma hu isem magħżul minn Alla bħalma hi magħżula minn Alla l-missjoni ta’ din it-tarbija… Kompli aqra »

Is-sena li għaddiet rajna l-ogħla numru ta’ nies li talbu l-għajnuna – Caritas

Id-Direttur tal-Caritas Anthony Gatt stqarr li s-sena li għaddiet il-Caritas rat l-ogħla numru ta’ klijenti li resqu għall-għajnuna minħabba dipendenza fuq is-sustanzi.

Meta kien qed jitkellem waqt iċ-ċerimonja ta’ Gradwazzjoni 2023 f’ San Blas, Dr Gatt stqarr li kien hemm 765 persuna li resqu għall-għajnuna, “nofshom minħabba problemi ta’ kokaina”.

Mill-bqija, 21% kellhom problemi ta’ eroina u 17% minħabba l-kannabis. Huwa qal li minn dawn, iktar min-nofshom, jiġifieri, 491 persuna huma membri tal-familja ta’ xi ħadd b’dipendenza… Kompli aqra »

Quddiesa tal-Ħadd – 25 ta’ Ġunju 2023, 9:30am

  Il-Konkatidral ta’ San Ġwann, Il-Belt Valletta

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 25 ta’ Ġunju

It-Tnax-il Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġer 20:10-13
Salm: 68 (69):8-10,14,17,33-35
It-Tieni Qari: Rum 5:12-15

L-Evanġelju: Mt 10:26-33

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill-Appostli tiegħu: “La tibżgħux millbnedmin. Għax xejn ma hu mgħotti li ma jinkixifx, u xejn ma hu moħbi li ma jsirx magħruf. Dak li jien ngħidilkom fid-dlam għiduh fid-dawl, u dak li ngħidilkom f’widnejkom xandruh minn fuq il-bjut… Kompli aqra »

Ngħożżu l-ħajja bl-imħabba – L-Isqof Galea-Curmi

Messaġġ għall-Gradwazzjoni ta' 13-il persuna li temmew b’suċċess programm ta’ rijabilitazzjoni mill-użu tad-droga ta' Caritas

  Il-Komunità Terapewtika ta' San Blas, Ħaż-Żebbuġ

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Nixtieq l-ewwel nett inwassal l-apprezzament u s-sapport ta’ Mons. Arċisqof, li qiegħed barra minn Malta, u għalhekk minfloku hawn “l-isqof li qed jgħinu”.

Eċċellenza President tar-Repubblika u s-Sinjura Vella, Onorevoli Ministri, Viċi-Kap tal-Oppożizzjoni, membri parlamentari, sinjuri, nixtieq nuri l-apprezzament għall-preżenza tagħkom f’din l-okkażjoni llejla li tagħmel ħafna kuraġġ għax turi li s-soċjetà Maltija għandha għal qalbha l-ħajja ta’ dawn li llum se jiggradwaw u oħrajn li huma residenti fid-djar immexxija mill-Caritas… Kompli aqra »