Arkivji mensili: Lulju 2023

Quddiesa u Rużarju – 31 ta’ Lulju 2023, 9:30am

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 31 ta’ Lulju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Eżodu 32:15-24,30-34
Salm: 105 (106):19-20,21-22,23

L-Evanġelju: Mt 13:31-35

F’dak iż-żmien, Ġesù ġab lill-folla parabbola oħra u qalilhom: “Is-Saltna tas-Smewwiet tixbah lil żerriegħa tal-mustarda li wieħed raġel ikun qabad u żeragħha fl-għalqa tiegħu. Hija tabilħaqq l-iżgħar waħda fost iż-żrieragħ kollha, iżda meta tikber, tkun l-akbar waħda fost il-ħxejjex u ssir siġra, hekk li l-għasafar tal-ajru jiġu jbejtu fil-friegħi tagħha.”

Qalilhom parabbola oħra: “Is-Saltna tas-Smewwiet tixbah lil ftit ħmira li waħda mara tkun qabdet u ħalltet ma’ tliet sigħan dqiq sa ma tkun għoliet l-għaġna kollha.”

Dan kollu Ġesù qalu bil-parabboli lin-nies, u mingħajr xi parabbola ma kienx ikellimhom, biex hekk iseħħ dak li kien ingħad permezz tal-profeta, meta qal: “Niftaħ fommi bil-parabboli, nitkellem fuq ħwejjeġ moħbija sa mit-twaqqif tad-dinja.”

Qaddis tal-jum: San Injazju ta’ Loyola, Presbiteru Kompli aqra »

Xorti kbira – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Knisja Parrokkjali ta' Sant'Anna, Wied il-Għajn

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“X’xorti kellha dik Sant’Anna, il-Bambin jgħidilha nanna,
Xortih tajba San Ġwakkin, nannu jgħidlu l-Bambin!”

Din it-taqbila popolari fil-folklor Malti tfisser b’mod tajjeb ħafna l-festa li qed niċċelebraw illum, li hija l-festa ta’ Sant’Anna, patruna ta’ din il-parroċċa ta’ Wied il-Għajn, u fl-istess waqt b’enfasi partikulari fuq in-nanniet. Dan għaliex illum Sant’Anna qed tfakkarna dak li smajna lil Ġesù jgħid fl-Evanġelju, u li jgħodd ħafna għaliha u għar-raġel tagħha San Ġwakkin: “Ħenjin għajnejkom għax qegħdin jaraw, ħenjin widnejkom għax qegħdin jisimgħu” (Mt 13:16)… Kompli aqra »

F’idejna nħallux il-Kelma tagħmel il-frott fina – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Il-parabbola tal-bidwi li ħareġ jiżra’ hija parabbola li għandha messaġġ importanti ħafna għall-ħajja tagħna. Hawnhekk Ġesù jispjega din il-parabbola ta’ dan il-bidwi li kien qed jiżra’, u ż-żerrigħat waqgħu f’erba’ postijiet differenti: mal-mogħdija, f’art kollha blat, qalb ix-xewk u f’art tajba, ħamrija tajba. U l-messaġġ li qed jagħti Ġesù f’din il-parabbola, l-ewwel nett hu li ż-żerriegħa, li hi l-Kelma ta’ Alla, għandha l-qawwa li tagħmel il-frott… Kompli aqra »

Quddiesa tal-Ħadd f’Jum in-Nanniet – 30 ta’ Lulju 2023, 9:30am

  Il-Knisja Parrokkjali, Wied il-Għajn

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 30 ta’ Lulju

Is-Sbatax-il Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Slat 3:5,7-12
Salm: 118 (119):57,72,76-77,127-128,129-130
It-Tieni Qari: Rum 8:28-30

L-Evanġelju: Mt 13:44-52

F’dak iż-żmien Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Is-Saltna tas-Smewwiet tixbah lil teżor moħbi f’għalqa, li wieħed raġel isibu u jaħbih, u kollu ferħan imur ibigħ kull ma jkollu u jixtri dik l-għalqa.

Tixbah ukoll is-Saltna tas-Smewwiet lil wieħed neguzjant ifittex ġawhar fin; meta sab ġawhra tiswa ħafna, mar biegħ kull ma kellu u xtara lilha… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 29 ta’ Lulju 2023, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 29 ta’ Lulju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Ġw 4:7-16
Salm: 33:2-11

L-Evanġelju: Ġw 11:19-27

Ħafna Lhud kienu ġew għand Marta u Marija biex ifarrġuhom minħabba ħuhom. Kif, mela, semgħet li kien ġej Ġesù, Marta ħarġet tilqgħu, iżda Marija baqgħet id-dar. Marta qalet lil Ġesù: “Mulej, kieku kont hawn, ħija ma kienx imut. Imma wkoll issa, jiena naf li kull ma int titlob lil Alla, Alla jagħtihulek.”

Ġesù qalilha: “Ħuk jerġa’ jqum!” Qaltlu Marta: “Jiena naf li jerġa’ jqum, fil-qawmien mill-imwiet fl-aħħar jum.” Qalilha Ġesù: “Jien hu l-qawmien u l-ħajja… Kompli aqra »

Inawgurat l-ewwel thrift shop tal-Knisja f’Malta

Ħanut li jħaddan is-solidarjetà u l-ħarsien ambjentali

Il‑Knisja f’Malta, permezz tat‑Taqsima Djakonija, fetħet l‑ewwel thrift shop bl‑isem ta’ LOOP. L‑għan tal‑proġett hu li jagħti dinjità lill‑persuni li għaddejjin minn żmien diffiċli filwaqt li tinħoloq kuxjenza ambjentali u solidarjetà mal‑proxxmu.

Il‑ħanut, li jinsab fi Triq Melita fil‑Belt Valletta, kantuniera mal‑Knisja ta’ San Franġisk t’Assisi fi Triq ir-Repubblika, joffri għażla vasta ta’ ħwejjeġ u aċċessorji second‑hand bi prezz imraħħas. Il‑ħwejjeġ, li jingħataw b’donazzjoni, jiġu ċċekkjati mill‑voluntiera qabel ma jintbagħtu fil‑faċilità tal‑ħasil ta’ ħwejjeġ li LOOP għandha fil‑Kalkara biex imbagħad jitpoġġew fuq l‑ixkafef tal‑ħanut.   

Waqt l‑inawgurazzjoni u t‑tberik ta’ dan il‑proġett, il‑Vigarju Episkopali għad‑Djakonija, Mons… Kompli aqra »

L-esperjenza ta’ seba’ persuni li laqgħu s-sejħa t’Alla

B’kollaborazzjoni mal-Arċidjoċesi ta’ Malta u ċ-Ċentru tal-Vokazzjonijiet, il-paġna ‘The People of Malta‘, ippreżentat seba’ esperjenzi ta’ nies li laqgħu s-sejħa t’Alla għal vokazzjonijiet differenti u kif din biddlet ħajjithom. Fost il-vokazzjonijiet kien hemm saċerdot, soru novizza, familja, patri missjunarju, soru tal-klawsura, fra u soċja tal-M.U.S.E.U.M.

Inkomplu nitolbu għall-vokazzjonijiet fid-dinja għax “il‑ħsad huwa kbir iżda l-ħaddiema huma ftit”… Kompli aqra »