Arkivji mensili: Lulju 2023

Ejja Imxi Miegħi – attività ta’ Missio Malta

Missio Malta ser tkun qed ittella’ l-ewwel edizzjoni ta’ Ejja Imxi Miegħi, bil-għan li tqajjem kuxjenza dwar id-distanzi twal li nies f’pajjiżi li qed jiżviluppaw jimxu kuljum biex iġibu ilma għax-xorb. L-inizjattiva, li ser isseħħ bejn id-19 u l-25 ta’ Lulju fi Pjazza Tritoni, il-Belt Valletta, ser tagħmel użu minn teknoloġija tar-realtà virtwali u treadmills, sabiex tgħin lill-parteċipanti jesperjenzaw l-illużjoni li qed jimxu distanzi twal fl-Afrika.  … Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 20 ta’ Lulju 2023, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 20 ta’ Lulju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Eżodu 3:13-20
Salm: 104 (105): 1 u 5,8-9,24-25,26-27

L-Evanġelju: Mt 11:28-30

F’dak iż-żmien, Ġesù qal: “Ejjew għandi, intom ilkoll li tinsabu mħabbtin u mtaqqlin, u jiena nserraħkom. Ħudu fuqkom il-madmad tiegħi u tgħallmu minni, għaliex jiena ta’ qalb ħelwa u umli, u intom issibu l-mistrieħ għal ruħkom. Għax il-madmad tiegħi ħelu u t-toqol tiegħi ħafif.”

Qaddis tal-jum: San Apollinaris, isqof u martri Kompli aqra »

L-indifensibbiltà etika tad-dritt fundamentali għall-abort fl-UE

In the context of the public debate on including a supposed right to abortion in the EU Charter of Fundamental Rights, COMECE published a statement called ‘The Ethical Indefensibility of an EU Fundamental Right to Abortion’ elaborated by its Commission on Ethics. The statement goes as follows:

Regarding the ethical indefensibility of an EU fundamental right to abortion the Commission on Ethics of COMECE considers that:

  1. Human dignity is an overarching value in the EU Treaties and Charter…
  2. Kompli aqra »

Kors ġdid fl-Istudji tal-Iskrittura

Boroż ta' studju ta' €2,000 fit-Teoloġija, l-Etika u l-Pastorali

Għas-sena akkademika 2023-2024, il-Fondazzjoni għall-Istudji Teoloġiċi tal-Arċidjoċesi ta’ Malta qed toffri 10 boroż ta’ studju għal min jixtieq ikompli l‑istudji tat‑teoloġija, l-etika u l-pastorali fil‑Fakultà tat‑Teoloġija.

Se jitqassmu boroż skont dawn il-kriterji:

Taqtax qalbek, m’intix waħdek – L-Isqof Galea-Curmi lir-residenti tal-Isptar Monte Karmeli

Quddiesa fil-festa tal-Madonna tal-Karmelu

  L-Isptar Monte Karmeli, Ħ'Attard

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Omm ta’ Ġesù, ħu ħsiebi int, kun ommi tul is-snin”. Dan hu l-kliem li għadna kif kantajna fl-innu tad-dħul għall-quddiesa, u hu l-kliem li jfisser b’mod sabiħ ħafna l-festa li qed niċċelebraw illum tal-Madonna tal-Karmnu, patruna ta’ dan il-post.

Rigal kbir fil-mument tal-akbar tbatija

Għadna kif rajna fl-Evanġelju skont San Ġwann, lil Ġesù fuq is-salib, fl-aktar mumenti diffiċli ta’ tbatija għall-ħajja tiegħu… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 19 ta’ Lulju 2023, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 19 ta’ Lulju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Eżodu 3:1-6,9-12
Salm: 102 (103):1-2,3-4,6-7

L-Evanġelju: Mt 11:25-27

F’dak iż-żmien, Ġesù qabad u qal: “Infaħħrek, Missier, Sid is-sema u l-art, għax inti dawn il-ħwejjeġ ħbejthom lil min għandu l-għerf u d-dehen u wrejthom liċ-ċkejknin. Iva, Missier, għax lilek hekk għoġbok.

Kollox kien mogħti lili minn Missieri, u ħadd ma jagħraf lill-Iben jekk mhux il-Missier, kif ħadd ma jagħraf lill-Missier jekk mhux l-Iben u dak li lilu l-Iben irid jgħarrafhulu”… Kompli aqra »

Għażla mingħajr kompromessi – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Taħsbux li jiena ġejt inġib il-paċi fuq l-art” (Mt 10:34). Dan huwa li jgħid Ġesù llum fl-Evanġelju skont San Mattew, lill-appostli tiegħu, u kif nisimgħu dil-kelma żgur li ninħasdu. Dan mhuwiex Ġesù li dejjem nassoċjawh mal-paċi, sa minn meta twieled? Niftakru l-anġli jħabbru lir-rgħajja: “Paċi fl-art lill-bnedmin li jogħġbu lilu” (Lq 2:14) – li jogħġbu lil Alla. Ġesù nnifsu fil-Beatitudnijiet, kien qal: “Ħenjin dawk li jġibu l-paċi, għax huma jissejħu wlied Alla” (Mt 5:9)… Kompli aqra »

Il-Mulej, li hu ġust u ħanin, jagħraf il-qalb tagħna – L-Arċisqof

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Dan l-Evanġejlu qawwi mill-kapitlu 11 ta’ San Mattew jikkonfrontana bir-responsabbiltà li għandna. Il-Mulej juri ħniena magħna. Ġesù jgħid: “Il-ħafna mirakli li kien għamel fihom” (Mt 11:20). Jitkellem dwar l-indiema, jitkellem dwar il-predikazzjoni tiegħu “kieku l-mirakli li saru fikom” (Mt 11:21).

Aħna midħla ta’ Ġesù; aħna nafu ħafna bil-qawwa tiegħu u din il-ħaġa hi privileġġ u hi faraġ imma wkoll hi responsabbiltà… Kompli aqra »