Arkivji mensili: Awwissu 2023

Il-Papa fl-Anġelus: il-ħolma ta’ żgħażagħ li jitolbu għall-paċi

Fl-okkażjoni tal-Jum Dinji taż-Żgħażagħ

  Parque Tejo, Lisbona

Għeżież ħuti,

Kelma li dwiet bosta drabi f’dawn il-ġranet kienet: “grazzi”, jew aħjar, “obrigado”.  Dak li qalilna l-Patrijarka ta’ Lisbona sabiħ ħafna, jiġifieri li “obrigado” ma tifssirx biss gratitudni għal dak li wieħed ikun irċieva, imma wkoll ix-xewqa li l-ġid ikun reċiprokat. F’din il-ġrajja ta’ grazzja li lkoll kemm aħna rċevejna u issa l-Mulej, aħna u sejrin lura lejn djarna, qed inissel fina l-ħtieġa li naqsmu mal-oħrajn, inkunu xhieda tal-ferħ, tal-gratwità ta’ Alla, u ta’ dak li Alla qiegħed fi qlubna… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 7 ta’ Awwissu 2023, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 7 ta’ Awwissu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Num 11:4b-15
Salm: 80 (81):12-13,14-15,16-17

L-Evanġelju: Mt 14:13-21

F’dak iż-żmien, meta sama’ l-aħbar tal-mewt ta’ Ġwanni l-Battista, Ġesù telaq minn hemm bid-dgħajsa u mar waħdu f’post imwarrab. Imma n-nies semgħu fejn mar, u telqu warajh bil-mixi mill-ibliet. Xħin niżel l-art mid-dgħajsa ra kotra kbira ta’ nies u tħassarhom, u fejqilhom il-morda tagħhom. Xħin sar filgħaxija d-dixxipli tiegħu resqu lejh u qalulu: “Dan post imwarrab, u l-ħin għamel sewwa… Kompli aqra »

Tfixklu fil-ġid – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Tfixklu minħabba fih”(Mt 13:57) . Dan hu li naqraw fl-Evanġelju llum skont San Mattew, dwar in-nies li semgħu lil Ġesù fis-sinagoga. Mal-ewwel tolqotna dil-kelma, għax kif tista’ titfixkel minħabba Ġesù?

Li kieku Ġesù kien qed jitkellem u jgħidilhom xi tagħlim li kien kontra dak li kienu jemmnu, tifhem li jitfixklu. Kieku Ġesù kien qed jitkellem b’lingwa li ma jifhmuhiex, jew xi ħaġa astratta, tifhem li jitfixklu… Kompli aqra »

Ejjew nimmeditaw l-imħabba ta’ Alla – L-Arċisqof fil-Festa tat-Trasfigurazzjoni f’Ħal Lija

  Knisja Parrokkjali ta’ Ħal Lija

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Mill-għolja tat-Tabor b’kull dija mimlija
lit-Trinità Mqaddsa kull ġieħ u foħrija.

Il-Knisja, hi u tifraħ f’din il-festa solenni li dis-sena taħbat jum il-Ħadd u għalhekk tiġi ċċelebrata b’solennità fil-knejjes kollha tad-dinja Kattolika, din il-festa li tgħaqqadna wkoll ma’ ħutna l-Ortodossi li jiċċelebrawha wkoll f’dan il-jum qaddis, tissejjaħ fit-tradizzjoni orjentali l-Epifanija  tas-sajf. L-Epifanija niċċelebrawha, almenu fil-kalendarju l-antik, fis-6 ta’ Jannar… Kompli aqra »

Quddiesa fil-festa tat-Trasfigurazzjoni tal-Mulej – 6 ta’ Awwissu 2023, 9:30am

  Il-Kappella tas-Salvatur, il-Kalkara

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 6 ta’ Awwissu

It-Trasfigurazzjoni tal-Mulej – Festa
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Dan 7:9-10,13-14
Salm: 96:1-2,5-6,9
It-Tieni Qari: 2 Pietru 1:16-19
L-Evanġelju: Mt 17:1-9

Sitt ijiem wara, Ġesù ħa miegħu lil Pietru u ’l Ġakbu u ’l ħuh Ġwanni, tellagħhom fuq muntanja għolja weħidhom, u tbiddel quddiemhom. Wiċċu sar jiddi bħax-xemx, u lbiesu sar abjad bħad-dawl. U dehrulhom Mosè u Elija jitħaddtu miegħu. Qabeż Pietru u qal lil Ġesù: “Mulej, kemm hu sew li aħna hawn! … Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 5 ta’ Awwissu 2023, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 5 ta’ Awwissu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Lev 25:1,8-17
Salm: 66 (67):2-3,5,7-8

L-Evanġelju: Mt 14:1-12

F’dak iż-żmien, Erodi t-tetrarka sama’ bil-fama ta’ Ġesù u lill-qaddejja tiegħu qalilhom: “Dan Ġwanni l-Battista! Iva, hu, qam mill-imwiet! U minħabba f’hekk il-qawwa tal-mirakli qiegħda taħdem fih!”

Għax Erodi kien arresta lil Ġwanni, u qaflu l-ħabs u ħallieh hemm minħabba Erodja, mart ħuh Filippu. Għax Ġwanni kien jgħidlu: “Inti lil dik ma tistax iżżommha!”… Kompli aqra »

Il-Papa liż-żgħażagħ f’Lisbona: “Tibżgħux tħammġu idejkom”

Paulo, Mariana and Aledje were amongst the protagonists on Thursday at an event attended by Pope Francis and members of Scholas Occurrentes, at the Pontifical Foundation’s Portuguese headquarters in Cascais, south of Lisbon.

They are three of the tens of thousands of young people, of different faiths and backgrounds, who belong to the worldwide Scholas movement for education, founded in 2013 and inspired by Pope Francis’ call for the transformation of global education in the spirit of encounter and inclusion… Kompli aqra »