Arkivji mensili: Awwissu 2023

Fidi fl-Iben ta’ Alla l-ħaj – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Waħda mill-espressjonijiet li kultant nisimgħu hi: “in-nies dejjem għandhom raġun”. Meta jkun hemm xi surveys li juri n-nies x’jaħsbu, ikun hemm dal-kumment kultant: in-nies dejjem għandhom raġun. Li tgħid li dejjem hemm raġuni għal dak li jaħsbu n-nies hu veru, imma li tgħid li n-nies, f’dak li jaħsbu, dejjem għandhom raġun, hu falz.

L-Evanġelju tal-lum jurina, fil-fatt, kemm dan hu żbaljat… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Anġelus: Min hu Ġesù għalija?

  Pjazza San Pietru, il-Vatikan

Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb!

Illum fl-Evanġelju (cfr Mt 16,13-20) Ġesù jsaqsi lid-dixxipli – mistoqsija sabiħa: “Min jgħidu n-nies li hu Bin il-Bniedem?” (v. 13).

Mistoqsija li nistgħu nagħmluha tagħna wkoll: xi jgħidu n-nies dwar Ġesù?  Ġeneralment ħwejjeġ sbieħ: ħafna jarawh bħala mgħallem kbir, bħala persuna speċjali: twajba, ġusta, koerenti, kuraġġuża…  Imma dan biżżejjed biex nifhmu min hu, u, fuq kollox, dan biżżejjed għal Ġesù?  Jidher li le.  Kieku Hu kien biss persunaġġ tal-imgħoddi – kif għan-nies ta’ żmienu kienu l-figuri kkwotati fl-istess Evanġelju, Ġwanni l-Battista, Mosè, Elija u l-profeti l-kbar – kien ikun biss tifkira sabiħa ta’ żmien li għadda.  Imma dan għal Ġesù ma jgħoddx.  Għalhekk, minnufih il-Mulej, lid-dixxipli jagħmlilhom il-mistoqsija deċisiva: “Imma intom, min tgħidu li jien?” (v… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 28 ta’ Awwissu 2023, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 28 ta’ Awwissu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Tess 1:1-5,8b-10
Salm: 149:1-2,3-4,5-6a u 9b

L-Evanġelju: Mt 23:13-22

F’dak iż-żmien, Ġesù beda jitkellem u jgħid: “Ħażin għalikom intom il-kittieba u l-Fariżej, uċuħ b’oħra! Intom tagħlqu s-Saltna tas-Smewwiet għall-bnedmin, u la intom ma tidħlu fiha u lanqas tħallu lil ħaddieħor li jkun irid jidħol!

Ħażin għalikom, intom il-kittieba u l-Fariżej, uċuħ b’oħra! Intom taqsmu l-ibħra u dduru d-dinja kollha biex iddawru bniedem għar-reliġjon tagħkom, u meta tiġbduh għal magħkom tagħmluh bniedem ħaqqu l-infern darbtejn aktar minnkom! … Kompli aqra »

L-Arċisqof jistaqsi: “Kemm-il darba qalbna waqfet fuq il-frugħat tad-dinja?”

Quddiesa fil-21 Ħadd ta' Matul is-Sena

  Il-Kappella tal-Kunċizzjoni, Ħal Lija

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Dan l-Evanġelju huwa importanti għal diversi raġunijiet. L-ewwel nett għal żewġ kelmiet li jintroduċi San Mattew fil-kapitlu 16. Din is-silta aħna nużawha ta’ spiss, forsi mingħajr ma naħsbu s-sinifikat tagħom.

Lil Ġesù ta’ Nazaret, bin Ġużeppi l-mastrudaxxa u Marija, ngħidulu Ġesù Kristu. ‘Kristu’ mhuwiex il-kunjom ta’ Ġesù imma huwa t-titlu li bih jagħrfu u jindikah Pietru fl-Evanġelju tal-lum… Kompli aqra »

Il-Mulej jeħilsek – L-Arċisqof

Quddiesa fis-60 anniversarju mill‑professjoni ta’ Madre Michelina Mifsud tas‑Sorijiet Agostinjani tal‑klawsura

  Il-Monasteru ta’ Santa Katerina, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ġesù juża żewġ tixbihat fl-Evanġelju li għadna kemm smajna: it-tixbiha tal-imfietaħ u t-tixbiha tal-blata. L-imfietaħ huma dawk li jagħtuna aċċess, li jiftħulna ambjent, imma huma wkoll għodda biex issakkar. Hu jagħti din il-qawwa, il-qawwa tal-imfietaħ, lill-Knisja fil-persuna ta’ Pietru. Aħna, meta nqimu u nagħtu proprju ubbidjenza lill-ministeru tal-Papa, is-suċċessur ta’ San Pietru, nagħmlu hekk għax hu qiegħed jeżerċita poter, qawwa spiritwali f’isem il-Knisja… Kompli aqra »

Quddiesa tal-Ħadd – 27 ta’ Awwissu 2023, 9:30am

  Il-Kappella tal-Kunċizzjoni, Ħal Lija

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 27 ta’ Awwissu

Il-Wieħed u Għoxrin Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Is 22:19-23
Salm: 137 (138):1-2a,2bc-3,6,8bc
It-Tieni Qari: Rum 11:33-36

L-Evanġelju: Mt 16:13-20

F’dak iż-żmien, meta wasal fl-inħawi ta’ Ċesarija ta’ Filippu, Ġesù staqsa lid-dixxipli tiegħu u qalilhom: “Min jgħidu n-nies li hu Bin il-bniedem?”. U huma weġbuh: “Xi wħud, Ġwanni l-Battista; oħrajn, Elija; u oħrajn, Ġeremija jew wieħed mill-profeti”… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 26 ta’ Awwissu 2023, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 26 ta’ Awwissu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Rut 2:1-3,8-11; 4:13-17
Salm: 127 (128):1-2,3,4,5

L-Evanġelju: Mt 23:1-12

F’dak iż-żmien, Ġesù kellem lin-nies u lid-dixxipli tiegħu, u qalilhom: “Fuq il-katedra ta’ Mosè qagħdu l-kittieba u l-Fariżej. Mela kulma jgħidulkom huma agħmluh u ħarsuh, iżda tagħmlux kif jagħmlu huma, għax huma kliem biss għandhom, imma fatti xejn. Huma jorbtu qatet kbar u tqal u jgħabbuhom fuq spallejn ħaddieħor, waqt li huma stess anqas b’sebagħhom wieħed ma jridu jħarrkuhom… Kompli aqra »