Arkivji mensili: Awwissu 2023

Quddiesa u Rużarju – 22 ta’ Awwissu 2023, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 22 ta’ Awwissu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Imħ 6:11-24a
Salm: 84 (85):9,11-12,13-14

L-Evanġelju: Mt 19:23-30

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Tassew ngħidilkom li l-għani se jsibha iebsa biex jidħol fis-Saltna tas-Smewwiet! Iva, nerġa’ ngħidilkom, eħfef li ġemel jgħaddi minn għajn ta’ labra milli wieħed għani jidħol fis-Saltna tas-Smewwiet”.

Id-dixxipli stagħġbu ħafna meta semgħu dan, u qalu: “Mela min jista’ jsalva?”… Kompli aqra »

Ma nistennewx il-bajtra taqa’ f’ħalqna – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Mara, il-fidi tiegħek hi kbira!” (Mt 15:28) Hekk jgħid Ġesù lil din il-mara, kif smajna fl-Evanġelju llum. Imma ħaġa li tolqotna hi li qabel ma jasal biex jgħidilha hekk, qisu jagħtiha ħafna terturi. Qabel ma jfaħħar il-fidi tagħha u jfejjaq lil bintha, iġibha bit-tul.

Jolqotna dan l-episodju għax għall-bidu qisu mhux Ġesù li nafu. Kif smajna fl-Akklamazzjoni ta’ qabel l-Evanġelju “Ġesù dar il-Galilija kollha… jfejjaq kull xorta ta’ mard u dgħufija fost il-poplu” (Mt 4:23)… Kompli aqra »

Inkunu ta’ sapport għal xulxin fis-saħħa mentali – L-Arċisqof

Il-Quddiesa tal-20 Ħadd matul is-Sena

  Il-Knisja ta’ Ommna Marija tal-Parir it-Tajjeb, Paceville

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Dari dar it-talb tissejjaħ għall-popli kollha” (Iż 56:7). Din hija l-profezija minn Iżaija li qrajna llum u li tixraq ħafna wkoll għal din l-okkażjoni li fiha qegħdin niċċelebraw il-50 anniversarju mit-tberik ta’ din il-knisja. Hija dar it-talb, hija dar il-Mulej. U tissejjaħ hekk għall-popli kollha.

Fid-dawl tal-Evanġelju li għadna kemm smajna, nifhmu li meta Isaija jifhem: “il-popli kollha” qed jinkludi mhux biss lil ħutu l-Lhud imma wkoll lil dawk li ġejjin mill-ġnus… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Anġelus: Kif inhi l-fidi tiegħi?

Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb!’

L-Evanġelju tal-lum jirrakkonta l-laqgħa ta’ Ġesù mal-mara Kangħanija, ‘il barra mit-territorju ta’ Iżrael (cfr Mt 15,21-28). Hi titolbu jeħles lil bintha li kienet itturmentata mix-xitan, iżda l-Mulej ma jagħtihiex widen. Hi tinsisti u d-dixxipli jagħtuh parir biex jaqtgħalha xewqtha ħalli tieqaf, iżda Ġesù jispjega li l-missjoni tiegħu kienet destinata għal ulied Iżrael u juża dit-tixbiha: “Mhux sewwa tieħu l-ħobż tal-ulied u tixħtu lill-ġriewi”… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 21 ta’ Awwissu 2023, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 21 ta’ Awwissu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Imħ 2:11-19
Salm: 105 (106):34-35,36-37,39-40,43ab u 44

L-Evanġelju: Mt 19:16-22

F’dak iż-żmien, resaq wieħed fuq Ġesù u qallu: “Mgħallem, x’għandi nagħmel tajjeb biex nikseb il-ħajja ta’ dejjem?”. U Ġesù qallu: “Għax tistaqsini fuq it-tajjeb? Wieħed hu t-Tajjeb. Jekk int trid tidħol fil-ħajja, ħares il-kmandamenti”. “Liema?”, staqsieh dak. U Ġesù wieġbu: “La toqtolx, la tiżnix, la tisraqx, la tixhidx fil-falz, weġġaħ lil missierek u ’l ommok, u ħobb lil għajrek bħalek innifsek”… Kompli aqra »

Quddiesa tal-Ħadd – 20 ta’ Awwissu 2023, 9:30am

  Il-Knisja ta’ Ommna Marija tal-Parir it-Tajjeb, Paceville

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 20 ta’ Awwissu

L-Għoxrin Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Is 56:1,6-7
Salm: 66 (67):2-3,5,6,8
It-Tieni Qari: Rum 11:13-15,29-32

L-Evanġelju: Mt 15:21-28

F’dak iż-żmien, Ġesù telaq lejn Tir u Sidon. U ħarġet waħda mara Kangħanija minn dawk l-inħawi, u qabdet tgħajjat u tgħid: “Ħenn għalija, Mulej, Bin David; binti għandha fiha xitan, u magħdura ħafna!”. Iżda hu ma weġibhiex kelma… Kompli aqra »

Id-diversità fl-iskejjel fil-qofol ta’ żjara ta’ tliet delegati Maltin fl-Iżvezja

Write caption…

Tliet delegati mis-Segretarjat għall-Edukazzjoni Nisranija (SfCE) ipparteċipaw fi proġett tal-Erasmus+KA220 bl-isem ta’ INDI (INklużjoni u DIversità) sabiex tiġi esplorata d-diversità fi skejjel diversi.

F’dan il-proġett ħadu sehem entitajiet mill-Iżvezja, il-Belġju, Slovenja, Ċipru u Malta (SfCE u l-Kulleġġ San Albert il-Kbir – Kindergarten). L-imsieħba kollha għandhom viżjoni komuni: li jiżviluppaw edukazzjoni tal-ogħla kwalità fis-snin bikrin u jiġu indirizzati l-isfidi tal-inklużjoni ta’ tfal bi bżonnijiet differenti fit-tagħlim u li ġejjin minn kulturi differenti… Kompli aqra »