Arkivji mensili: Awwissu 2023

Kemm hu sew li aħna hawn! – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tas-Salvatur, il-Kalkara

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Mulej, kemm hu sew li aħna hawn!” (Mt 17:4)  Dan huwa l-kliem ta’ Pietru, meta Ġesù tella’ lilu u lil tnejn oħra – Ġakbu u Ġwanni – fuq muntanja, u hemmhekk tbiddel quddiemhom f’din id-dehra hekk sabiħa u ta’ glorja. Kellu raġun jgħid “kemm hu sew li aħna hawn!”, għax hemmhekk kienet dehra verament sabiħa tal-glorja ta’ Ġesù. Miegħu kien hemm Mose u Elija, kif nistgħu naraw b’mod sabiħ fil-kwadru titulari, u tant kienet sabiħa li Pietru ried li jagħmel tliet tined, mhux għalih u għal Ġakbu u Ġwanni, imma nesa lilu nnifsu u li sħabu u ried jagħmel tliet tined, waħda għal Ġesù, waħda għal Mose u waħda Elija… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 12 ta’ Awwissu 2023, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 12 ta’ Awwissu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Dewt 6:4-13
Salm: 17 (18):2-3a,3bċ-4,47 u 51ab

L-Evanġelju: Mt 17:14-20

F’dak iż-żmien, resaq fuq Ġesù wieħed raġel niżel għarkupptejh quddiemu u qallu: “Mulej, ikollok ħniena minn ibni, għax marid b’tal-qamar u qiegħed ibati ħafna; għax sikwit jaqa’ jew fin-nar jew fl-ilma. Ġibtu lid-dixxipli tiegħek, iżda ma setgħux ifejquh”. Wieġeb Ġesù u qal: “Ja nies bla fidi u ħżiena! … Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza: Tlabt għall-paċi

  Awla Pawlu VI, Il-Vatikan

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Fil-jiem li għaddew mort il-Portugall għas-37 Jum Dinji taż-Żgħażagħ.

Dan il-JDŻ f’Lisbona, li ġie wara l-pandemija, kulħadd għexu bħala don ta’ Alla li reġa’ ċaqlaq il-qlub u l-passi taż-żgħażagħ, tant żgħażagħ mill-irkejjen kollha tad-dinja – tant! – biex imorru jiltaqgħu ma’ xulxin u jiltaqgħu ma’ Ġesù. 

Il-pandemija, dan nafuh tajjeb, ħalliet effett peżanti fuq l-imġibiet soċjali tagħna: l-iżolament spiss spiċċa f’għeluq, u ż-żgħażagħ dan ħassewh b’mod partikulari… Kompli aqra »

Il-Papa jħeġġeġ biex ma nkunux indifferenti lejn it-traġedji tal-migranti

Pope Francis during his 2013 visit to Lampedusa to show solidarity to migrants and refugees and appeal for action   (ANSA)

“With sorrow I heard about the news of the shipwreck involving migrants in the Mediterranean Sea. Let us not remain indifferent to these tragedies, and let us pray for the victims and their families.”

Pope Francis’ @Pontifex tweet on Thursday, 10 August, comes in the wake of the sinking of yet another migrant boat off the shores of Italy… Kompli aqra »

L-Arċisqof jaħtar Vigarju Episkopali għal-Liturġija

L‑Arċisqof Charles Scicluna ħatar lil Mons. Jesmond Manicaro bħala Vigarju Episkopali għal‑Liturġija.

Mons. Jesmond Manicaro twieled Raħal Ġdid nhar is‑27 ta’ Awwissu 1964. Studja fl‑Università ta’ Malta mnejn kiseb Baċellerat fit‑Teoloġija u Liċenzjat fit‑Teoloġija Pastorali. Kompla l‑istudji tiegħu fl‑Istitut Pontifiċju Liturġiku ta’ San Anselmo f’Ruma mnejn kiseb il‑Liċenzja u d‑Dottorat fil‑Liturġija. Hu ġie ordnat saċerdot nhar il‑5 ta’ Lulju 1991. Serva fil‑parroċċi ta’ Ħaż‑Żebbuġ, Santa Luċija, u Bormla… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 11 ta’ Awwissu 2023, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 11 ta’ Awwissu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Dewt 4:32-40
Salm: 76 (77):12-13,14-15,16,21

L-Evanġelju: Mt 16:24-28

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Jekk xi ħadd irid jiġi warajja, għandu jiċħad lilu nnifsu, jerfa’ salibu, u jimxi warajja. Għax min irid isalva ħajtu, jitlifha, imma min jitlef ħajtu għall-imħabba tiegħi, isibha.

Għax xi jkun jiswielu l-bniedem jekk jikseb id-dinja kollha u mbagħad jitlef ħajtu? … Kompli aqra »

Ir-Relikwija Insinji ta’ San Tumas t’Akwin se tkun esposta fil-Birgu

Ir-Relikwija Insinji ta’ San Tumas ta’ Akwinu se tinġieb f’Malta minn Ruma, biex tkun esposta mill-komunita’ Dumnikana tal-Birgu fil-bidu tal-festa Solenni f’ġieħ San Duminku.

Din is-sena, l-Ordni tad-Dumnikani qed tfakkar is-700 sena mill-kanonizazzjoni ta’ dan il-qaddis Dumnikan. Fid-dawl ta’ dan, ir-Relikwija Insinji ta’ San Tumas ta’ Akwinu ser tinġieb f’Malta nhar is-Sibt 19 ta’ Awwissu.

Iċ-ċelebrazzjoni ser tibda b’quddiesa mmexxija mill-Provinċjal P… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 10 ta’ Awwissu 2023, 9:30am