Arkivji mensili: Settembru 2023

L-Evanġelju tal-jum: 28 ta’ Settembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ħag 1:1-8
Salm: 149 (150):1-2,3-4,5-6a & 9b

L-Evanġelju: Lq 9:7-9

F’dak iż-żmien, dawn il-ġrajja kollha waslu f’widnejn Erodi t-tetrarka u beda jitħasseb, għaliex xi wħud kienu qegħdin jgħidu li Ġwanni qam mill-imwiet, waqt li oħrajn qalu li deher Elija, u oħrajn li qam wieħed mill-profeti tal-imgħoddi. Iżda Erodi qal: “Lil Ġwanni qtajtlu rasu; mela min hu dan li fuqu qiegħed nisma’ dan kollu?”… Kompli aqra »

20,000 student u edukatur lura fl-iskejjel tal-Knisja

Bidu tas-sena skolastika 2023-2024

L-iskejjel tal-Knisja reġgħu fetħu l-bibien tagħhom għal sena skolastika ġdida. Madwar 17,000 student u 3,000 edukatur qed jingħaqdu f’dawn il-jiem f’waħda mill-55 skola tal-Knisja fil-livelli ta’ kindergarten, primarja, sekondarja u s-sitt sena post-sekondarja. Fost dawn, madwar 2,000 student u 140 edukatur li se jidħlu f’dawn l-iskejjel għall-ewwel darba.

Bi tħejjija għal din is-sena, is-Segretarjat għall-Edukazzjoni Nisranija organizza żewġ laqgħat bejn l-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi, iċ-chaplains tal-iskejjel, u l-edukaturi li qed jibdew jagħtu servizz fi skola tal-Knisja… Kompli aqra »

Soup kitchen tappella għall-għajnuna biex tkompli sservi ikel lil 150 persuna kuljum

Ritratt: Fondazzjoni Dar il-Hena

It-tmexxija tas-soup kitchen li topera minn Dar Papa Franġisku f’Birkirkara, li sservi lil 150 persuna ta’ kuljum, qed tappella għall-għajnuna biex tkun tista’ tlaħħaq mad-domanda dejjem ikbar.

Il-Fondazzjoni Dar il-Hena, li tmexxi din id-Dar, qed tappella għall-voluntiera li lesti jaqsmu ftit sigħat fil-ġimgħa biex jgħinu fil-preparazzjoni tal-ikel, fit-tindif kif ukoll fit-tqassim tal-ikel lill-persuni li jirrikorru għall-ikel.

“Il-kontribut tiegħek jagħmel differenza kbira,” iddikjarat il-Fondazzjoni Dar il-Hena, li fissret il-ħidma tal-voluntiera bħala vjaġġ li jippremja lil dawk li jaqsmu ħinhom mal-oħrajn fil-bżonn… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 27 ta’ Settembru 2023, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 27 ta’ Settembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Esd 9:5-9
Salm: Tob 13:2,3-4a,4bċd,5,8

L-Evanġelju: Lq 9:1-6

F’dak iż-żmien, Ġesù sejjaħ lit-Tnax madwaru u tahom qawwa u setgħa fuq ix-xjaten kollha u li jfejqu l-mard. U bagħathom ixandru s-Saltna ta’ Alla u jfejqu l-morda. U qalilhom: “Tieħdu xejn magħkom għat-triq, la ħatar, la ħorġa, la ħobż u lanqas flus, u lanqas ma jkollkom żewġ ilbiesi… Kompli aqra »

Biex jaraw id-dawl – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Biex kull min jidħol ġewwa jara d-dawl” (Lq 8:16). Dan huwa l-kliem ta’ Ġesù fl-Evanġelju llum meta qed juża tixbiha tal-musbieħ li jixgħel – tixbiha li n-nies setgħu jifhmuha tajjeb dak iż-żmien – u jgħid: inti ma tixgħelx il-musbieħ u tgħattih, jew inkella tqiegħdu f’xi post moħbi fejn ma jidhirx, għax inkella jitlef l-iskop tiegħu. Musbieħ qiegħed hemm biex juri d-dawl… Kompli aqra »

The letter: A message for our earth

Attività li tfakkar ix-Xahar tal-Ħolqien 2023

Il-Kummissjonijiet Interdjoċesana Ambjent u Ġustizzja u Paċi, f’kollaborazzjoni mal-Patrijiet Franġiskani, se jorganizzaw attività biex ifakkru l-Istaġun tal-Ħolqien 2023. Permezz ta’ din l-attivitá, se jkunu qed jingħaqdu ma’ numru ta’ Knejjes Insara madwar id-dinja kollha li bejn l-1 ta’ Settembru u l-4 t’Ottubru ta’ kull sena jfittxu li jqajjmu kuxjenza favur l-għożża tal-Ħolqien.

F’Malta, din is-sena, l-attività se tkun ibbażata fuq id-dokumentarju “The Letter: A Message for our Earth”… Kompli aqra »

Il-Papa jġedded l-istedina għall-Vġili tas-Sinodu tas-Sibt li ġej

Pope Francis has reiterated his invitation to all Christians to attend the upcoming Synod prayer vigil in St Peter’s Square.

Speaking after his weekly recitation of the Angelus prayer, the Holy Father said that “I renew my invitation to participate in the ecumenical prayer vigil entitled ‘Together’, which will take place next Saturday, the 30th September, in St Peter’s Square, in preparation for the Synodal Assembly which will begin on the 4th October.”

Entrusting the Synod to the Holy Spirit

Around 3,000 young people from 40 different countries are expected at the vigil, which will be held from 5 to 7pm on Saturday 30th October… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 26 ta’ Settembru 2023, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 26 ta’ Settembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Esd 6, 7-8.12b.14-20
Salm: 121 (122):1-2,3-4a,4b-5

L-Evanġelju: Lq 8:19-21

F’dak iż-żmien, ġew għal Ġesù ommu u ħutu, iżda ma setgħux jersqu lejh minħabba l-folla.

Xi ħadd qallu: “Ommok u ħutek qegħdin hawn barra u jridu jarawk”. Iżda hu weġibhom: “Ommi u ħuti huma dawk li jisimgħu l-kelma ta’ Alla u jagħmlu li jgħid Hu”… Kompli aqra »