Arkivji mensili: Settembru 2023

Ħadha għandu – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa fil-festa tad-Duluri

  Il-Kappella fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Minn dak il-ħin id-dixxiplu ħadha għandu” (Ġw 19:27). Dan hu li naqraw fl-Evanġelju skont San Ġwann illum, u f’din is-sentenza, l-aħħar sentenza ta’ dan l-Evanġelju, għandna dak li l-aktar importanti li nieħdu magħna, aħna u nagħmlu t-tifkira tal-Verġni Mqaddsa Marija tad-Duluri llum.

Innutaw kif Ġesù, meta qiegħed fuq is-salib fl-aħħar mumenti tal-ħajja tiegħu, lid-dixxiplu l-maħbub li qiegħed taħt is-salib ma jgħidlux: issa jien wasalt fl-aħħar, ħu ħsieb ommi, ara li ma jkun jonqosha xejn… Kompli aqra »

Mingħajr Talb ma jkunx hemm Sinodu

Ittra tal-Kardinall Mario Grech għall-Isqfijiet madwar id-dinja

In a letter addressed to bishops and eparchs from all over the world, Cardinal Mario Grech, General Secretary of the General Secretariat of the Synod, invites the faithful from around the world to prayerfully participate in the XVI Ordinary General Assembly of the Synod of Bishops that will open in the Vatican on 4 October.
 
With this letter, the General Secretary reminds everyone that the Synodal Assembly is above all a spiritual event, of prayer and listening to the Holy Spirit who is the true protagonist of the event… Kompli aqra »

Quddiesa tal-Ħadd – 17 ta’ Settembru 2023, 9:30am

  Il-Knisja tad-Duluri, il-Ħamrun

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 17 ta’ Settembru

L-Erbgħa u Għoxrin Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Sir 27:30 – 28:7
Salm: 102 (103):1-2,3-4,9-10,11-12
It-Tieni Qari: Rum 14:7-9

L-Evanġelju: Mt 18:21-35

F’dak iż-żmien, Pietru resaq lejn Ġesù u qallu: “Mulej, xi kemm-il darba jrid jonqosni ħija biex jiena naħfirlu? Sa seba’ darbiet?”. Wieġbu Ġesù: “Ma ngħidlekx sa seba’ darbiet, imma sa sebgħa u sebgħin darba… Kompli aqra »

Arċipriet ġdid fil-parroċċa taż-Żejtun u kappillan fil-parroċċa ta’ Birżebbuġa

Dun Anton Galea-Scannura Arċipriet ġdid għall-parroċċa taż-Żejtun

L-Arċisqof Charles Scicluna ħatar lil Dun Anton Galea-Scannura bħala l-arċipriet il-ġdid tal-parroċċa ta’ Santa Katarina fiż-Żejtun. Hu se jkun megħjun minn Dun Bernard Micallef bħala viċi-parroku.

Dun Anton Galea-Scannura twieled il-Belt Valletta fis-17 ta’ Lulju 1973. Irċieva l-edukazzjoni tiegħu fl-Iskola Primarja ta’ Stella Maris f’Ħal Balzan, fil-Junior Lyceum tal-Ħamrun, u fil-Junior College. Huwa kompla l-istudji terzjarji fil-Filosofija u t-Teoloġija fil-Fakultà tat-Teoloġija fl-Università ta’ Malta… Kompli aqra »

Ġbir ta’ fondi għall-Marokk u l-Libja

Caritas Malta b'sejħa ta' emerġenza

Il-belt ta’ Derna fil-Libja milquta mill-għargħar

Fuq talba tal-Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex, Caritas Malta qed tappella għal donazzjonijiet ta’ flus b’risq il-poplu tal-Marokk u l-Libja, li ntlaqtu minn terremot u għargħar rispettivament fil-jiem li għaddew. Dan il-ġbir qed isir b’kollaborazzjoni ma’ Caritas Internationalis u bl-għajnuna diretta ta’ Mons. Sandro Overend Rigillo OFM, Isqof tal-Vigarjat Appostoliku ta’ Bengażi fil-Libja.

Din hi waħda mill-inizjattivi li l-Knisja f’Malta qed tieħu biex tipprovdi għajnuna umanitarja lill-popli tal-Marokk u l-Libja… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 16 ta’ Settembru 2023, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

Il-fidi u l-isport kapaċi jgħaqqdu lil kulħadd

Chaplain Malti jservi f’Kampjonat tal-Paratletika f’Pariġi

Meta nisimgħu l-kliem ‘fidi’ u ‘sport’ kemm nassoċċjawhom flimkien?

Newsbook.com.mt tkellem ma’ Fr Bernard Micallef li għal dawn l-aħħar seba’ snin kien membru tal-Kummissjoni Djoċesana Sport. Bejn il-5 u s-17 ta’ Lulju, hu flimkien ma’ tim ta’ chaplains minn madwar id-dinja kellhom l-opportunità li jservu waqt il-kampjonat dinji tal-paratletika li seħħ f’Pariġi.

Hu spjega li kienu tim ta’ 13-il chaplain, hu kien l-uniku qassis Kattoltiku, biss kien hemm oħrajn li huma protestanti minn denominazzjonijiet differenti, u anke Musulman… Kompli aqra »

Jinfetaħ iċ-ċentru Id f’Id li se jipprovdi għajnuna materjali lil nisa tqal u familji żgħażagħ fil-bżonn

L‑Arċisqof Charles Scicluna inawgura ċ‑ċentru l‑ġdid tal‑Life Network Foundation bl‑isem ta’ Id f’Id nhar il-Ħamis 14 ta’ Settembru 2023. Dan se jipprovdi għajnuna materjali lil nisa li qed jistennew tarbija u familji żgħażagħ li qed irabbu tfal żgħar, li bħalissa għaddejjin minn ċerti diffikultajiet tal‑ħajja.

Il‑ftuħ ta’ Id f’Id ikompli jsaħħaħ is‑servizzi ħolistiċi ta’ sapport offruti mil‑Life Network Foundation lil nisa tqal fil‑bżonn… Kompli aqra »

Quddiesa fil-festa tad-Duluri – 15 ta’ Settembru 2023, 9:30am

  Il-Kappella taċ-Ċentru tal-Onkoloġija

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »