Arkivji mensili: Ottubru 2023

Quddiesa u Rużarju – 27 ta’ Ottubru 2023, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 27 ta’ Ottubru

L-Ewwel Qari: Rum 7:18-25a
Salm: 118 (119):66,68,76,77,93,94

L-Evanġelju: Lq 12:54-59

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lin-nies: “Meta taraw sħaba tielgħa mill-Punent, malajr tgħidu li tkun ġejja x-xita; u hekk jiġri. U meta jonfoħ ir-riħ isfel, tgħidu li sħana se tagħmel; u tagħmel tassew. Uċuħ b’oħra, tafu taqraw wiċċ is-sema, u wiċċ l-art ukoll; mela ż-żmien ta’ issa kif ma tafux tfissruh? … Kompli aqra »

Inħaddnu d-diversità u nagħmlu differenza

Ir‑religious counsellors u ċ‑chaplains li jaħdmu fl‑iskejjel tal‑Istat u Indipendenti ltaqgħu sabiex jaqsmu l‑ideat u l‑esperjenzi tagħhom fuq kif jistgħu jkomplu jrawmu l‑fidi Nisranija, jippromwovu l‑inklussività, u jindirizzaw il‑ħtiġijiet spiritwali ta’ diversi komunitajiet fl‑iskejjel.

Huma għarfu l‑importanza li fl‑iskejjel għandu jkun hemm mudell ta’ fidi permezz ta’ azzjonijiet, valuri u r‑relazzjonijiet mal‑membri differenti tal‑komunità tal‑iskola. Enfasizzaw ukoll li l‑multikultaraliżmu fost l‑istudenti għandu jħeġġeġ lir‑religious counsellors biex ikomplu jkunu mezz ta’ djalogu mal‑istudenti u l‑edukaturi… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza: Inkunu kreattivi, perseveranti u umli

  Pjazza San Pietru, il-Vatikan

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Illum se nkellimkom fuq żewġt aħwa famużi ħafna fil-Lvant, tant li huma msejħin “l-appostli tal-Islavi”: San Ċirillu u San Metodju. Twieldu l-Greċja fis-seklu 9 minn familja aristokratika, u ħallew warajhom il-karriera politika biex jiddedikaw ħajjithom għall-ħajja monastika. Imma l-ħolma tagħhom ta’ ħajja mwarrba ma tantx damet. Ġew mistiedna bħala missjunarji fil-Moravja l-Kbira, li dak iż-żmien kienet tiġbor fiha ħafna popli, uħud minnhom diġà evanġelizzati, imma li fi ħdanhom kien għad hemm ħafna drawwiet u tradizzjonijiet pagani… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 26 ta’ Ottubru 2023, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 26 ta’ Ottubru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Rum 6:19-23
Salm: Salm 1:1-2,3,4 u 6

L-Evanġelju: Lq 12:49-53

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Nar ġejt inqiegħed fuq l-art, u kemm nixtieq li diġà qabad! Iżda hemm magħmudija li biha għandi nitgħammed, u x’diqa għandi sa ma dan iseħħ! Taħsbu intom li jien ġejt inġib il-paċi fid-dinja? Le, ngħidilkom, imma l-firda; għax mil-lum ’il quddiem ħamsa minn nies f’dar waħda jkunu mifruda bejniethom, tlieta kontra tnejn u tnejn kontra tlieta; jinfirdu l-missier kontra l-iben u l-iben kontra l-missier, l-omm kontra l-bint u l-bint kontra l-omm, omm ir-raġel kontra mart binha u mart l-iben kontra omm żewġha”… Kompli aqra »

B’radd ta’ ħajr u b’ħarsa ’l quddiem – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Knisja Parrokkjali ta' San Bastjan, Ħal Qormi

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“It-tagħlim hu l-għajn ta’ kull ġid”. Din hi espressjoni ta’ San Ġorġ Preca, qaddis Malti, u fiha niftakar mal-ewwel meta nara l-istorja sabiħa tal-Agostinjani fl-edukazzjoni f’pajjiżna. Propju llum qed niċċelebraw il-175 sena mit-twaqqif tal-ewwel skola tal-Agostinjani f’Malta li kienet l-ewwel skola tal-Knisja b’xejn, u dan sew qabel l-introduzzjoni tas-sistema edukattiva obbligatorja għal kulħadd.

Kif smajna, din l-iskola kienet tifforma parti mill-kunvent tal-Agostinjani fil-Belt Valletta… Kompli aqra »

Jibda proġett maġġuri biex tiġi salvata l-Kappella tal-Lunzjata fis-Siġġiewi

Bdew ix-xogħlijiet ta’ restawr u l-konsolidazzjoni taħt l-art tal-kappella storika tal-Lunzjata, fiż-żona magħrufa bħala Tal-Għolja tas-Siġġiewi, b’investiment ta’madwar €1.4 miljun.

Din il-kappella qed tiffaċċja r-riskju imminenti ta’ kollass, primarjament minħabba sfidi ġeoloġiċi u ġeomorfoloġiċi assoċjati mat-terren sottostanti tagħha. Tant hu hekk li parti mis-saqaf diġà ċediet, u s-saqaf irid jinħatt qabel jibda x-xogħol, biex ikun evitat ir-riskju li jkompli jċedi, b’periklu għall-ħaddiema.

Il-Perit Ivana Farrugia mid-Diviżjoni tar-Restawr u l-Preservazzjoni, spjegat li, l-ewwel prijorità f’dan il-proġett huwa li l-kappella jkollha sistema ta’ pedamenti strutturali taħt l-art komposta minn travi rinfurzati, munzelli u ankri sabiex jiġi evitat li jkun hemm saffi tal-ħamrija instabbli… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 25 ta’ Ottubru 2023, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 25 ta’ Ottubru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Rum 6:12-18
Salm: 123 (124):1-3,4-6,7-8

L-Evanġelju: Lq 12:39-48

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Kunu afu dan, li kieku sid id-dar kellu jkun jaf xħin ikun ġej il-ħalliel ma kienx se jħalli min jinfidlu l-ħajt ta’ daru. Mela kunu lesti intom ukoll, għax qatt ma tistgħu tobsru s-siegħa li fiha jiġi Bin il-bniedem.”

Qallu Pietru: “Mulej, din il-parabbola qiegħed tgħidha għalina, jew għal kulħadd?” Wieġbu l-Mulej: “Int min tgħid li hu l-qaddej fidil u għaqli? … Kompli aqra »