Arkivji mensili: Ottubru 2023

Ir-residenti f’Dar Saura se jiġu rilokati f’residenzi aħjar

Residenti f’waħda mid‑djar tal‑anzjani tal‑Knisja, Dar Saura fir‑Rabat, se jiġu rilokati f’residenzi aktar moderni biex ikollhom ambjent aħjar ta’ kura u iżjed dinjituż.

Is‑Segretarju Amministrattiv tal‑Arċidjoċesi, Michael Pace Ross qal: “F’dawn l‑aħħar snin kien qed jidher biċ‑ċar li jekk ma jsirx ristrutturar maġġuri, Dar Saura mhux se tkun tista’ toffri l‑kwalità tal‑ħajja li tixraq lill‑45 resident tagħha, u għalhekk, il‑Knisja se tkun qed tipprovdi alternattivi aħjar għalihom… Kompli aqra »

Eħlisna mir-regħba – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Strieħ, kul, ixrob, ixxala” (Lq 12:19). Dan hu li r-raġel għani tal-parabbola fl-Evanġelju llum jgħid lilu nnifsu għax jibda jaħseb biex iħott l-imħażen li għandu ħalli jibni mħażen ġodda. L-Evanġelju jgħid li kellu kotra ta’ frott mir-raba’ u ma kellux fejn iqiegħdu, u għalhekk beda jaħseb kif se jagħmel ħalli jaħżen dan il-ġid kollu tiegħu. Imma kien diġà għamilha fatta li meta l-imħażen ikunu lesti, hu jkun jista’ jistrieħ, jiekol, jixrob, jixxala… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 24 ta’ Ottubru 2023, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 24 ta’ Ottubru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Rum 5:12,15b,17-19,20b-21
Salm: 39 (40):7-8a,8b-9,10,17

L-Evanġelju: Lq 12:35-38

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Żommu ġenbejkom imħażżma u l-imsiebaħ tagħkom mixgħula; kunu bħal nies jistennew lil sidhom lura mill-festa tat-tieġ, biex malli jiġi u jħabbat jiftħulu minnufih.

Henjin dawk il-qaddejja li meta jiġi sidhom isibhom jishru! Tassew ngħidilkom, li hu jitħażżem, iqegħedhom madwar il-mejda, u jgħaddi quddiemhom iservihom… Kompli aqra »

Iktar minn 800 persuna jieħdu sehem fil-Caritas Run for Life

Iktar minn 800 parteċipant ħadu sehem fl-ewwel edizzjoni tal-ġirja Caritas Run for Life, li saret il-Ħadd 22 ta’ Ottubru. Spikkat il-parteċipazzjoni ta’ iktar minn 60 persuna minn djar residenzjali ta’ rijabilitazzjoni li ħadu sehem u li għenu wkoll fl-organizzazzjoni tal-attività.

Fost dawk li pparteċipaw kien hemm numru sabiħ ta’ tfal li qed jitħarrġu fil-ġiri fi klabbs differenti.

Kien hemm tliet tipi ta’ tiġrijiet li bdew f’ħinijiet differenti… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Anġelus: Liema xbieha għandek f’qalbek?

  Pjazza San Pietru, il-Vatikan

Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb!

L-Evanġelju tal-Liturġija tal-lum jirrakkonta li xi Fariżej ingħaqdu ma’ xi erodjani biex inassu lil Ġesù.  Dejjem kienu jippruvaw jaqbduh f’xi nassa. Imorru għandu u jistaqsuh: “Sewwa jew le li wieħed iħallas it-taxxa lil Ċesari?” (Mt 22,17).  Ingann: jekk Ġesù jilleġittima t-taxxa jkun jidher favur is-setgħa politika li l-poplu ftit li xejn kienet tinżillu, iżda jekk jgħidilhom biex ma jħallsuhiex jista’ jiġi akkużat b’ribelljoni kontra l-imperu. Nassa tabilħaqq. Iżda hu jaħrab minn dal-periklu. Jitlobhom ituh munita li kien fiha x-xbieha ta’ Ċesari u jgħidilhom: “Agħtu  lil Ċesari dak li hu ta’ Ċesari u lil Alla dak li hu ta’Alla” (v… Kompli aqra »

Trakk b’għajnuna umanitarja jidħol f’Gaża wara li ntlaħaq ftehim

Twenty truckloads of aid have crossed into the Gaza Strip through the Rafah checkpoint on the Egyptian border.

These are the first supplies allowed to enter Gaza since Israel tightened its blockade of the territory a fortnight ago. The aid – which includes medicine and food – is being transferred onto UN and Red Crescent vehicles.

Once the cargo arrives at a warehouse, it will be divided up for distribution to hospitals and evacuees from northern Gaza… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 23 ta’ Ottubru 2023, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 23 ta’ Ottubru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Rum 4:20-25
Salm: Lq 1:69-70,71-72,73-75

L-Evanġelju: Lq 12:13-21

F’dak iż-żmien, xi ħadd mill-folla qal lil Ġesù: “Mgħallem, għid lil ħija jaqsam il-wirt miegħi”. Wieġbu Ġesù: “Ħabib, min qegħedni mħallef fuqkom, jew qabbadni nqassmilkom il-ġid bejnietkom?” Imbagħad qal lin-nies: “Iftħu għajnejkom u ħarsu rwieħkom minn kull regħba, għax imqar jekk wieħed ikollu bir-radam, ħajtu ma tiddependix mill-ġid li jkollu.”

U qalilhom parabbola: “Wieħed raġel għani ġabar kotra ta’ frott mir-raba’ tiegħu… Kompli aqra »

Spunti mil-briefing tas-Sinodu: Knisja mal-foqra

At nine in the evening on Saturday in St. Peter’s Square, the recitation of the Rosary takes place with a prayer intention for peace. A special appeal for was launched on Friday in the Synod Hall “to help the young people, in a Middle East that is bleeding, not to lose hope and not to have as their only perspective for the future that of suffering or leaving their country”, and “to provide these young people, as a Church and as pastors, with the instruments to reach peace.”

Paolo Ruffini, Prefect of the Dicastery for Communication and President of the Synod Information Commission, highlighted this at Saturday’s briefing with journalists, which was held in the Holy See Press Office, introduced by Deputy Director Cristiane Murray… Kompli aqra »