Il-fidi tagħna tgħinna nagħtu sehemna fil-ħajja ċivili – L-Isqof Galea-Curmi
Quddiesa fil-Jum Dinji Missjunarju
22/10/2023 Il-Bażilka Arċipretali ta' San Pawl, ir-RabatL-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi
“Mgħallem, aħna nafu li inti raġel tħobb is-sewwa u li t-triq ta’ Alla tgħallimha kif tassew hi bla ma tħabbel rasek minn ħadd, għax int lejn wiċċ ħadd ma tħares” (Mt 22:16). Dan il-kliem jgħiduh id-dixxipli tal-Fariżej ma’ xi Erodjani lil Ġesù llum fl-Evanġelju. Jekk tieqaf hawn, tgħid: dawn għandhom verament idea tajba ta’ Ġesù, għax qed jgħidu fuqu tliet affarijiet tassew sbieħ – li jħobb is-sewwa, li jgħallem it-triq ta’ Alla u jgħallimha kif inhi, u ma jħares lejn wiċċ ħadd… Kompli aqra »