Arkivji mensili: Ottubru 2023

Il-Papa fl-Udjenza: Ejjew inkunu persuni sempliċi

  Pjazza San Pietru, il-Vatikan

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Inkomplu bil-laqgħa tagħna ma’ xi Nsara xhieda, għonja fiż-żelu tat-tħabbira tal-Vanġelu. Iż-żelu appostoliku, iż-żelu għat-tħabbira: aħna qed inħarsu lejn xi Nsara li kienu eżempju f’dan iż-żelu appostoliku. Illum nixtieq inkellimkom fuq bniedem li għamel minn Ġesù u minn ħutu l-iżjed foqra l-passjoni ta’ ħajtu. Qed nirriferi għal San Charles de Foucauld li, “ibda mill-esperjenza intensa li kellu ta’ Alla, għamel mixja ta’ bidla f’ħajtu sakemm ħass li kulħadd hu ħuh u oħtu” (Ittra enċiklika Fratelli tutti, 286)… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 19 ta’ Ottubru 2023, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 19 ta’ Ottubru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Rum 3:21-30
Salm: 129 (130):1-2,3-4b,4ċ-6

L-Evanġelju: Lq 11:47-54

F’dak iż-żmien, il-Mulej qal: “Ħażin għalikom! Intom tibnu l-oqbra tal-profeti li qatlu missirijietkom, u b’hekk tagħtu xhieda ta’ kulma għamlu missirijietkom u turu li taqblu magħhom, għax huma qatluhom u intom tibnulhom l-oqbra.

Kien għalhekk li l-Għerf ta’ Alla qal: “Jien nibagħtilhom profeti u appostli, u huma joqtlu u jippersegwitaw lil xi wħud minnhom”… Kompli aqra »

Il-Papa: ‘Jalla l-armi jisktu, is-sitwazzjoni f’Gaża hi ddisprata’

“The number of victims is growing and the situation in Gaza is desperate.”

With these words, Pope Francis turned his thoughts to Palestine and Israel pleading that “everything possible be done to avoid a humanitarian catastrophe.”

Speaking at his weekly General Audience, the Holy Father also drew attention to the unsettling possibility of the conflict’s expansion.

“The world already witnesses so many open war fronts,” he lamented… Kompli aqra »

Il-Papa jġedded il-kariga tal-Arċisqof Scicluna bħala Segretarju Aġġunt tad-Dikasteru għad-Duttrina tal-Fidi

Il‑Qdusija Tiegħu l‑Papa Franġisku kkonferma lill‑Arċisqof Charles Scicluna bħala s‑Segretarju Aġġunt tad‑Dikasteru għad‑Duttrina tal‑Fidi għal ħames snin oħra.

Minn meta l‑Arċisqof Scicluna beda jokkupa din il‑kariga f’Novembru 2018, il‑Papa Franġisku fdah b’missjonijiet pastorali f’diversi pajjiżi fosthom iċ‑Ċilì u, reċentement, il‑Perù. L‑Arċisqof Scicluna huwa wkoll il‑President tal‑Kulleġġ tar‑Rikorsi, li jiddeċiedi każijiet ta’ appell fi ħdan id‑Dikasteru.

Id‑Dikasteru għad‑Duttrina tal‑Fidi huwa responsabbli biex jippromwovi u jħares id‑duttrina tal‑fidi u l‑morali fil‑Knisja, inkluż każijiet ta’ dixxiplina u każijiet ta’ abbuż minn saċerdoti… Kompli aqra »

Ningħaqdu flimkien għal aktar vokazzjonijiet

Diversi saċerdoti, persuni kkonsagrati u lajċi, riċentament inġabru għall-ewwel minn sensiela ta’ laqgħat immirati biex jibdew vjaġġ flimkien sabiex jgħinu lil dawk involuti fil-ministeru tal-vokazzjonijiet jirriflettu aktar fil-fond fuq l-opportunitajiet u l-isfidi li jiltaqgħu magħhom fit-trawwim ta’ aktar vokazzjonijiet.

Waqt il-laqgħa, ir-riċerkatur Dr Luke Buhagiar enfasizza fuq l-isfida tal-lum li wieħed jilħaq u jkellem liż-żgħażagħ fuq kwistjonijiet ta’ fidi. Huwa ppreżenta studji dwar it-twemmin taż-żgħażagħ Maltin, kemm fi ħdan il-Knisja kif ukoll f’kuntesti sekulari… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 18 ta’ Ottubru 2023, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 18 ta’ Ottubru

San Luqa, Evanġelista – Festa
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 2 Tim 4:10-17b
Salm: 144:10-13,17-18

L-Evanġelju: Lq 10:1-9

F’dak iż-żmien: il-Mulej qabbad tnejn u sebgħin oħra u bagħathom tnejn tnejn qablu f’kull belt u post fejn kien sa jmur hu.

U qalilhom: “Il-ħsad hu kbir, tassew, imma l-ħaddiema ftit. Itolbu mela ’l sid il-ħsad biex jibgħat ħaddiema għall-ħsad tiegħu. Morru! … Kompli aqra »

Imut l-Isqof Robert Camilleri Azzopardi O.F.M.

L‑Arċisqof Charles Scicluna, l‑Isqof Anton Teuma u l‑Isqof Awżiljarju Joseph Galea‑Curmi sellmu l‑ħajja ddedikata fl‑art tal‑missjoni tal‑Isqof Robert Camilleri Azzopardi O.F.M., Isqof tad‑Djoċesi ta’ Comayagua fil‑Honduras u President tal‑Konferenza Episkopali tal‑Honduras.

L‑Isqof Camilleri Azzopardi miet illum it‑Tlieta, 17 ta’ Ottubru 2023, fl‑età ta’ 72 sena.

L‑Isqof Robert Camilleri Azzopardi twieled il‑Ħamrun fl‑24 ta’ April 1951. Hu ngħaqad mal‑Ordni tal‑Franġiskani Minuri u ġie ordnat saċerdot fl‑1975 mill‑Papa Pawlu VI f’Ruma… Kompli aqra »

Ippjana l-2024 bid-Djarju tal-Arċidjoċesi

L-Arċidjoċesi ta’ Malta qed toħroġ id-djarju 2024 li jinkludi paġni għal kull jum u oħrajn għal kull xahar, l-Iskrittura tal-jum, dati tal-festi f’Malta u Għawdex, kuntatt tal-parroċċi u tal-entitajiet tal-Knisja u riflessjonijiet. Id-djarju hu bil-Malti. 

Id-dħul mill-bejgħ se jmur għall-ħidma tal-Arċidjoċesi ta’ Malta mal-persuni fil-bżonn.

Dettalji dwar id-djarju:

  • Qoxra iebsa
  • 352 paġna
  • Qies: A5 (15.2cm x 21.6cm x 2.4cm)
  • Paġni biex tippjana x-xahar
  • Dati liturġiċi importanti
  • Kuntatt tal-parroċċi kollha f’Malta
  • Kuntatt tal-entitajiet tal-Knisja
  • Kalendarju 2024 u 2025
  • Magħmul f’Malta
  • Kompli aqra »

Ordna d-djarju tiegħek sal-10 ta’ Novembru 2023 …