L-Evanġelju tal-jum: 9 ta’ Novembru
09/11/2023Id-Dedikazzjoni tal-Bażilka tal-Lateran – Festa
Qari tal-jum
L-Ewwel Qari: Eżek 47:1-2,8-9,12
Salm: 45:2-3,5-6,8-9
L-Evanġelju: Ġw 2:13-23
Kien qorob l-Għid tal-Lhud, u Ġesù tela’ Ġerusalemm. Fit-tempju sab min qiegħed ibigħ barrin, nagħaġ u ħamiem, u min kien bilqiegħda jsarraf il-flus. Għamel sawt mill-ħbula, u keċċiehom ilkoll ’il barra mit-tempju, bin-nagħaġ u l-barrin tagħhom; xerred il-flus ta’ dawk li kienu jsarrfu, u qalbilhom l-imwejjed u lill-bejjiegħa tal-ħamiem qalilhom:
«Warrbu dawn minn hawn, u dar Missieri tagħmluhiex dar tan-negozju!» Id-dixxipli ftakru f’dak li kien hemm miktub fl-Iskrittura, “Il-ħeġġa għal darek fnietni.”
Imbagħad il-Lhud qabdu u qalulu: «X’sinjal se turina li inti tista’ tagħmel dan?»
Ġesù weġibhom: «Ħottu dan it-tempju, u fi tlitt ijiem nerġa’ ntellgħu.» Għalhekk il-Lhud qalulu: «Dan it-tempju ħa sitta u erbgħin sena biex inbena, u int se ttellgħu fi tlitt ijiem?» Iżda hu tkellem fuq it-tempju tal-ġisem tiegħu… Kompli aqra »