Kappillan ġdid għall-Parroċċa ta’ Sacro Cuor f’Tas-Sliema
19/11/2023L‑Arċisqof Charles Scicluna llejla se jiċċelebra quddiesa li biha uffiċjalment se jagħti bidu għall-ħidma pastorali ta’ Patri Martin Coleiro OFM bħala kappillan tal‑parroċċa tal-Madonna tas-Sacro Cuor f’Tas‑Sliema. Monsinjur Arċisqof jirringrazzja lil Patri Paul Attard OFM tal‑ħidma tiegħu bħala kappillan f’din il‑parroċċa għal dawn l‑aħħar sitt snin.
Patri Martin twieled fid-9 ta’ Novembru 1962 u tgħammed fil-Knisja Parrokkjali ta’ Sta Venera. Irċieva l‑edukazzjoni tiegħu fl‑iskola Immaculate Conception fil-Ħamrun, fl-iskola primarja u fil-Kulleġġ tal-Karmelitani ta’ Sta Venera… Kompli aqra »