20,000 student u edukatur lura fl-iskejjel tal-Knisja
Bidu tas-sena skolastika 2023-2024
27/09/2023L-iskejjel tal-Knisja reġgħu fetħu l-bibien tagħhom għal sena skolastika ġdida. Madwar 17,000 student u 3,000 edukatur qed jingħaqdu f’dawn il-jiem f’waħda mill-55 skola tal-Knisja fil-livelli ta’ kindergarten, primarja, sekondarja u s-sitt sena post-sekondarja. Fost dawn, madwar 2,000 student u 140 edukatur li se jidħlu f’dawn l-iskejjel għall-ewwel darba.
Bi tħejjija għal din is-sena, is-Segretarjat għall-Edukazzjoni Nisranija organizza żewġ laqgħat bejn l-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi, iċ-chaplains tal-iskejjel, u l-edukaturi li qed jibdew jagħtu servizz fi skola tal-Knisja… Kompli aqra »