Yearly Archives: 2023

L-ikbar festa tal-Milied hi f’qalbna – L-Arċisqof

Quddiesa tal-aħħar Ħadd tal-Avvent

  Il-Kappella tal-Qalb ta' Ġesù, Tal-Virtù

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

L-Evanġelju tat-tħabbira tal-Mulej jippreparana b’mod immedjat għall-festa li se niċċelebraw propju mil-lejla ’l quddiem.

Dan l-Evanġelju huwa ta’ disa’ xhur ilu għax aħna niċċelebrawh u naqrawh b’solennità kbira fil-25 ta’ Marzu, disa’ xhur qabel il-25 ta’ Diċembru qabel jum il-Milied. L-Evanġelju tal-lum ifakkar it-tnissil ta’ Ġesù, il-mument meta Ġesù, it-tieni persuna tas-Santissima Trinità, l-Iben ta’ Alla jibda jeżisti fil-ġuf ta’ mara bħala bniedem… Kompli aqra »

Quddiesa tal-Ħadd – 24 ta’ Diċembru 2023, 9:30am

  Il-Kappella tal-Qalb ta’ Ġesù, Tal-Virtù

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 24 ta’ Diċembru

Ir-Raba’ Ħadd tal-Avvent
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 2 Sam 7:1-5,8b-12,14a,16
Salm: 89 (89):2-5,27,29
It-Tieni Qari: Rum16:25-27

L-Evanġelju: Lq 1:26-38

F’dak iż-żmien, Alla bagħat l-anġlu Gabrijel f’belt tal-Galilija, jisimha Nazaret, għand xebba, mgħarrsa ma’ raġel jismu Ġużeppi mid-dar ta’ David. Dix-xebba kien jisimha Marija. L-anġlu daħal għandha u qalilha: “Sliem għalik, mimlija bil-grazzja, il-Mulej miegħek.”

Hi tħawdet ħafna għal dan il-kliem, u bdiet taħseb bejnha u bejn ruħha x’setgħet qatt tfisser din it-tislima… Kompli aqra »

Innu rivoluzzjonarju – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Ruħi tfaħħar il-kobor tal-Mulej” (Lq 1:46). Dan l-innu sabiħ tal-Magnificat li smajna fl-Evanġelju llum qalitu Marija f’dik il-laqgħa sabiħa tagħha ma’ Eliżabetta. Żagħżugħa tiltaqa’ ma’ anzjana. U flimkien mhumiex biss tnejn imma erbgħa, għax Eliżabetta qed tistenna t-twelid ta’ Ġwanni l-Battista u Marija kien tnissel fiha Ġesù. Hemm din il-festa kbira ta’ dawn l-erbgħa preżenti f’din il-ġrajja. Nixtieq li nieħdu dan l-innu sabiħ tal-Magnificat, li tant hemm fih punti sbieħ, u nsemmi tliet affarijiet li jgħinuna fil-ħajja tagħna… Kompli aqra »

Min tgħallem jaħfer għandu l-paċi – L-Arċisqof

Messaġġ mill-Arċisqof wara dimostrazzjoni bil-Bambin fit-toroq tal-Belt Valletta

  Il-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta

Il-messaġġ tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Għadna kemm smajna ħsibijiet sbieħ tal-maħbub San Ġorġ Preca. Li xtaq din id-dimostrazzjoni, kif kien isejħilha, u li bdiet fl-1921, mitt sena ilu. Waħda mit-talbiet sbieħ ta’ Dun Ġorġ, li tiġbor fiha wkoll it-talba li nixtieq li nagħmlu f’dan il-Milied, hi talba sempliċi ħafna. U ngħiduha flimkien: ‘Sinjur Alla, jiena għandi bżonnok’. Il-mixja tagħna llum, bejn traxxixa u oħra, bir-riħ, fit-toroq sbieħ u ħelwin tal-kapitali tagħna, trid tkun din ix-xhieda sempliċi, li aħna għandna bżonn nitgħallmu mit-tarbija ta’ Betlehem… Kompli aqra »

Avviż

Bejn is-26 ta’ Diċembru 2023 u t-3 ta’ Jannar 2024, il-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana, inkluż l-Uffiċċju Żwiġijiet, ser ikunu magħluqa l-ġurnata kollha. It-Tribunal Ekkleżjastiku fil-Belt Valletta, ser ikun magħluq bejn is-26 ta’ Diċembru 2023 u l-4 ta’ Jannar 2024.

Il-Kurja terġa’ tiftaħ il-Ħamis, 4 ta’ Jannar 2024. It-Tribunal Ekkleżjastiku jerġa’ jiftaħ il-Ġimgħa, 5 ta’ Jannar 2024. Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 23 ta’ Diċembru 2023, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 23 ta’ Diċembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Mal 3:1-4,23-24
Salm: 24 (25):4bċ-5ab,8-9,10 u 14

L-Evanġelju: Lq 1:57-66

F’dak iż-żmien, Eliżabetta għalqilha ż-żmien biex teħles, u kellha tifel. Il-ġirien u qrabatha semgħu li l-Mulej wera ħniena kbira magħha, u marru jifirħu magħha. Meta mbagħad fit-tmien jum ġew biex jagħmlu ċ-ċirkonċiżjoni lit-tifel riedu jsemmuh Żakkarija għal missieru, imma qabżet ommu u qalet: “Le, iżda Ġwanni jkun jismu.” Qalulha: “Ma hemm ħadd li jismu hekk fost qrabatek.”

Imbagħad bdew jistaqsu bis-sinjali lil missieru x’ried isemmih, u hu talabhom xi ħaġa fuqiex jikteb, u kiteb hekk: “Ismu huwa Ġwanni.” U kulħadd baqa’ mistagħġeb… Kompli aqra »

Il-Papa lill-Kurja Rumana: ‘Dawk biss li jħobbu jistgħu jimxu ‘l quddiem’

Pope Francis’s Christmas greetings to the Curia resonated with the spirit of the ongoing Synodal process, which asks the Church to listen, discern, and walk together with the faithful so that everyone can participate in the dynamism of missionary communion.

Addressing members of the Roman Curia in the Vatican on Thursday morning, the Pope began his address highlighting the importance of listening.

Listening with the heart

He drew attention to the exemplary model of the Virgin Mary, and urged those present  to listen not only with their ears but with their hearts, echoing the wisdom of Saint Benedict who speaks of listening with “the ear of your heart.”

Mary’s open-hearted reception of the angel’s message, he said, serves as a reminder that true listening involves an interior openness that goes beyond mere exchange of information “because more important than any precept is our need to enter into a relationship with God by accepting the gift of the love that he comes to bring us.“

“More important than any precept is our need to enter into a relationship with God by accepting the gift of the love that he comes to bring us.”

The Pope went on to emphasize the significance of humility in listening and said, “There is no better way to listen than ‘on our knees’.”

This humble posture, he explained, shows a willingness to set aside preconceived notions and prejudices, allowing us to truly understand the desires and needs of others… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 22 ta’ Diċembru 2023, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »