Yearly Archives: 2023

L-Evanġelju tal-jum: 27 ta’ Diċembru

San Ġwann, Appostlu u Evanġelista – Festa
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Ġw 1:1-4
Salm: 96:1-2.5-6.11-12

L-Evanġelju: Ġw 20:2-8

Kien l-ewwel jum tal-ġimgħa: Filgħodu kmieni meta kien għadu d-dlam, u Marjam ta’ Magdala ġiet ħdejn il-qabar u rat il-blata mneħħija mill-qabar.

Għalhekk telqet tiġri għand Xmun Pietru u għand id-dixxiplu l-ieħor il-maħbub ta’ Ġesù, u qaltilhom: “Qalgħu l-Mulej mill-qabar, u ma nafux fejn qegħduh”… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 26 ta’ Diċembru 2023, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 26 ta’ Diċembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 6:8-10; 7:54-59
Salm: 30:3cd-4,6ab,7b,8a,16

L-Evanġelju: Mt 10:17-22

F’dak iż-żmien: Ġesù qal lill-appostli tiegħu: “Oqogħdu attenti mill-bniedem! Għax għad jerħukom f’idejn il-qrati u jagħtukom is-swat fis-sinagogi tagħhom; itellgħukom quddiem gvernaturi u slaten minħabba fija, biex tagħtu xhieda quddiemhom u quddiem il-pagani. Iżda meta jerħukom f’idejhom, tinkwetawx ruħkom kif sa titkellmu jew x’sa tgħidu, għax dak il-ħin stess jingħatalkom xi jkollkom tgħidu. 

Għax mhux intom tkunu li titkellmu, imma l-Ispirtu ta’ Missierkom ikun qiegħed jitkellem permezz tagħkom… Kompli aqra »

Il-Milied hu l-milja tal-imħabba li tingħata bla ma tistenna xejn lura – L-Arċisqof

Quddiesa f'Jum il-Milied

  Il-Katidral ta' San Pawl, l-Imdina

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Għadna kemm smajna innu tassew antik li l-komunità kienet titlob fil-liturġija, fit-talb tagħha biex tiċċelebra dak li qegħdin infakkru llum: l-Iben t’Alla sar bniedem. U dan l-innu liturġiku daħal ukoll fil-Evanġelju skont San Ġwann, l-aħħar Evanġelju li nkiteb.

F’din in-nisġa ta’ ħsibijiet niltaqgħu mal-identità ta’ Ġesù. Huwa l-Kelma ta’ Alla. Huwa d-dawl, il-ħajja. Huwa wkoll l-Iben t’Alla magħmul bniedem… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Angelus: kif iħobb Alla – billi jilqa’, jipproteġi, jirrispetta lill-oħrajn

  Pjazza San Pietru, il-Vatikan

Għeżież ħuti, il-Ħadd it-tajjeb!

Illum, fir-raba’ Ħadd tal-Avvent, l-Evanġelju jippreżentalna x-xena tat-Tħabbira tal-Anġlu (ara Lq 1:26-38).  Biex jispjega lil Marija kif kellha tnissel lil Ġesù, l-anġlu jgħidilha: “L-Ispirtu s-Santu jiġi fuqek, u l-qawwa tal-Għoli tixħet id-dell tagħha fuqek” (v. 35). Nieqfu ftit fuq din it-tixbiha: id-dell.

F’art bħal dik fejn kienet għix Marija, b’xemx tiżreġ bla ma taqta’, sħaba għaddejja, siġra li tirreżisti n-nixfa, tinda li tilqgħek, jaħju u jipproteġu.  Id-dell hu don li jistejqer, l-anġlu propju hekk jiddeskrivi l-mod li bih l-Ispirtu s-Santu jinżel fuq Marija, il-mod ta’ kif jaħdem Alla… Kompli aqra »

Ir-responsabbiltà li jġib miegħu t-twelid ta’ Ġesù – L‑Arċisqof

Quddiesa ta' Nofsillejl, Il-Katidral ta' San Pawl, l-Imdina

  Il-Katidral ta' San Pawl, l-Imdina

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Nixtieq nirringrazzja liċ-ċkejken Samuel li fil-prietka tradizzjonali tat-tifel ġabar is-sinifikat profond ta’ dan il-misteru. Ma nafx x’jista’ jżid l-Isqof ma’ dak li qalilna Samuel illejla. Fil-ħsieb qasir tiegħi nixtieq li flimkien nimmeditaw fuq kelma li qalilna l-Appostlu Missierna San Pawl f’ittra li kiteb fix-xjuħija tiegħu waqt li kien pruginier Ruma lil wieħed mid-dixxipli żgħażagh tiegħu, Titu: “Dehret il-grazzja ta’ Alla” (Tit 2:11)… Kompli aqra »

Quddiesa f’Jum il-Milied – 25 ta’ Diċembru 2023, 9:30am

  Il-Katidral ta' San Pawl, L-Imdina

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 25 ta’ Diċembru

It-Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu – Solennità
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Iż 52:7-10
Salm: 97(98):1,2-3ab,3ċd-4,5-6
It-Tieni Qari: Lhud 1:1-6

L-Evanġelju: Ġw 1:1-18

Fil-bidu kien il-Verb, u l-Verb kien ma’ Alla, u l-Verb kien Alla. Hu kien fil-bidu ma’ Alla. Kollox bih sar, u xejn ma sar mingħajru; kulma sar kellu l-ħajja fih, u l-ħajja kienet id-dawl tal-bnedmin. Id-dawl jiddi fid-dlam, imma d-dlam ma għelbux… Kompli aqra »

Il-ħames teżori li jfasslu s-soċjetà Maltija

Il-messaġġ tal-Milied tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Il-messaġġ tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Fil-lejl qaddis tal-Milied infakkru messaġġ sabiħ li wasslu l-anġli lir-ragħajja ta’ Betlehem: “Glorja lil Alla fl-ogħla tas-smewwiet, u paċi fl-art” (Lq 2:14). Paċi fl-art lill-bnedmin li Alla jħobb tassew; paċi fl-art lill-bnedmin ta’ rieda tajba. 

Din is-sena, aħna u nħarsu lejn l-Art Imqaddsa, nitolbu b’talba ħerqana għall-paċi u nibku eluf u eluf ta’ vittmi tal-ħruxija tal-bniedem. Donnu Erodi għadu magħna fil-qalb ta’ kull bniedem… Kompli aqra »

Live: Quddiesa ta’ Nofsillejl – 24 ta’ Diċembru 2023

  Il-Katidral ta' San Pawl, L-Imdina

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »