Yearly Archives: 2023

Il-Patrijiet Minuri Konventwali jiċċelebraw il-Kapitlu Provinċjali

Bejn il-11 u l-15 ta’ Settembru 2023, il-Provinċja Maltija ta’ San Pawl Appostlu tal-Patrijiet Minuri Konventwali ċċelebrat il-31 Kapitlu Provinċjali Ordinarju (l-ewwel parti) fiċ-Ċentru Kulturali Franġiskan, Birkirkara. 

Il-Kapitlu, bit-tema: “Arawni, sejjer nagħmel ħaġa ġdida” (Is 43:19), fetaħ b’ġurnata ta’ talb u bil-għajnuna ta’ Don Luigi Maria Epicoco l-patrijiet irriflettew fuq l-attwalità tal-profezija ta’ Isaija. Miġburin flimkien f’Birkirkara, il-patrijiet talbu flimkien u komplew jirriflettu u jiddixxernu fuq dak li ħareġ mill-erba’ Assemblei preparatorji li kellhom fix-xhur li għaddew rigward il-ħajja tal-Provinċja. 

F’dan il-Kapitlu, ippresedut mill-Ministru Ġenerali tal-Ordni Patri Carlos Alberto Trovarelli u fil-preżenza tal-Assistent Ġenerali Patri Giovanni Voltan, saru wkoll l-elezzjonijiet tal-Ministru Provinċjali u tad-Definitorju tiegħu… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 22 ta’ Settembru 2023, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 22 ta’ Settembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Tim 6:2ċ-12
Salm: 48 (49):6-7,8-10,17-18,19-20

L-Evanġelju: Lq 8:1-3

F’dak iż-żmien, Ġesù qagħad idur l-ibliet u r-rħula, jipprietka u jxandar l-Evanġelju tas-Saltna ta’ Alla. Kellu miegħu t-Tnax u xi nisa li kien fejjaqhom mill-ispirti ħżiena u mill-mard: Marija, li kienu jgħidulha ta’ Magdala, li minnha kienu ħarġu seba’ xjaten, Ġwanna, mart Ħuża, prokuratur ta’ Erodi, Susanna, u ħafna oħrajn, li kienu jaqduhom minn ġidhom… Kompli aqra »

Ekonomija li tagħti dinjità lill-bniedem – L-Arċisqof f’Jum l-Indipendenza

Pontifikal statali f'Jum l-Indipendenza

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Bħal‑lum disgħa u ħamsin sena ilu, Malta ċċelebrat it‑twelid tagħha bħala stat sovran u indipendenti, immexxi mill‑Maltin. Għall‑ewwel darba pajjiżna ma kienx aktar dipendenti fuq deċiżjonijiet li jieħu ħaddieħor għalina. Ma bqajniex poplu maħkum, imma l‑ħakma waqgħet f’idejn il‑poplu, li kull ħames snin jagħżel lil min se jiddelega biex jeżerċita din il‑ħakma.

Bħala stat sovran, forsi illudejna ruħna li konna ħlisna darba għal dejjem minn dawk id‑dipendenzi li ma jħalluniex nikbru u nilħqu l‑milja tagħna… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza: Tinsewhomx il-foqra

  Pjazza San Pietru, il-Vatikan

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Fil-mixja ta’ katekeżi fuq il-passjoni għall-evanġelizzazzjoni, jiġifieri ż-żelu appostoliku, illum se nieqfu fuq ix-xhieda ta’ San Danjel Comboni. Hu kien appostlu mimli żelu għall-Afrika. Fuq dawk il-popli kiteb: “ħadu pussess ta’ qalbi li tħabbat biss għalihom” (Kitbiet, 941), “immut bl-Afrika fuq xofftejja” (Kitbiet, 1441). Kemm hu sabiħ!… U lilhom qalilhom hekk: “L-isbaħ fost il-jiem tiegħi ikun dak li fih għad inkun nista’ nagħti ħajti għalikom” (Kitbiet, 3159)… Kompli aqra »

Caritas Malta tiċċelebra lill-anzjani b’quddiesa

Caritas Malta ilbieraħ iċċelebrat il-Jum Dinji għall-Anzjani b’quddiesa mmexxija minn E.T. Monsinjur Ġorġ Frendo flimkien ma’ Monsinjur Charles Cordina, Vigarju Episkopali għad-Djakonija.

Għal din l-okkażjoni li saret fil-Bażilika Minuri ta’ Kristu Re, f’Raħal Ġdid attendew mijiet ta’ anzjani ġejjin mill-komunità, d-djar tal-anzjani u minn Ċentri differenti.

Attenda wkoll l-E.T. Dr George Vella, President ta’ Malta flimkien mas-Sinjura Vella. Kompli aqra »

Il-Papa lil Clinton Global Initiative: It-tfal u l-klima għandhom jiġu protetti

Children and climate change were at the heart of an address delivered by Pope Francis to the Clinton Foundation on Monday.

In his address to the Clinton Global Initiative’s “Keep Going” session, Pope Francis stressed the importance of contributing to the common good and not leaving anyone behind.

He called for a culture of encounter and dialogue, while stressing the importance of shared responsibility to address today’s global challenges… Kompli aqra »

Quddiesa f’Jum l-Indipendenza – 21 ta’ Settembru 2023, 9:30am

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 21 ta’ Settembru

San Mattew, appostlu u evanġelista – Festa
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Efesin 4:1-7,11-13
Salm: 18:2-5

L-Evanġelju: Mt 9:9-13

F’dak iż-żmien: Huwa u għaddej Ġesù ra wieħed bilqiegħda quddiem il-mejda tat-taxxi; kien jismu Mattew. “Ejja warajja”, qallu. Dak qam u mar warajh. U ġara li, kif qagħad għandu għall-mejda ma’ Ġesù u d-dixxipli tiegħu, rawh il-Fariżej, u qalu lid-dixxipli tiegħu: “Għaliex jiekol mal-pubblikani u l-midinbin l-Imgħallem tagħkom”? … Kompli aqra »

Ma jistħoqqlix – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Ma jistħoqqlix li inti tidħol taħt is-saqaf tiegħi” (Lq 7:6). Dan huwa l-kliem li ċ-ċenturjun bagħat jgħid ma’ xi ħbieb lil Ġesù, meta talbu biex jiġi jfejjaq il-qaddej tiegħu. Dan iċ-ċenturjun kellu qaddej li kien għażiż ħafna għalih u li kien wasal fl-aħħar. L-ewwel bagħat messaġġ lil Ġesù ma’ xi xjuħ tal-Lhud. Dan iċ-ċenturjun ma kienx wieħed mill-poplu Lhudi, ma kienx Lhudi, imma kien jistmagħhom… Kompli aqra »