Arkivji mensili: Jannar 2024

Quddiesa u Rużarju – 23 ta’ Jannar 2024, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 23 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 2 Sam 6:12b-15,17-19
Salm: 23 (24):7,8,9,10

L-Evanġelju: Mk 3:31-35

F’dak iż-żmien, ġew omm Ġesù u ħutu, baqgħu barra u bagħtu jsejħulu. Dak il-ħin kien hemm ħafna nies bilqiegħda madwaru. Qalulu: “Ara, ommok u ħutek qegħdin hemm barra u jriduk.” U hu weġibhom: “Min huma ommi u ħuti?”

Imbagħad dawwar ħarstu fuq dawk li kien hemm madwaru bilqiegħda, u qal: “Dawn, ara, huma ommi u ħuti… Kompli aqra »

L-ewwel tibqa’ miegħu, imbagħad taħdem għalih – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Tela’ fuq l-għolja” (Mk 3:13). Hekk naqraw fuq Ġesù fl-Evanġelju skont San Mark. Mal-ewwel, kif naraw li “tela’ fuq l-għolja”, hu ċar li se jkollna ġrajja ta’ importanza kbira, għaliex fl-Iskrittura l-għolja hi dejjem il-post fejn hemm manifestazzjoni speċjali ta’ Alla jew ġrajja partikulari. Fil-fatt, hawnhekk Ġesù jagħżel it-tnax-l appostlu, u għandna wkoll ismihom f’din is-silta. 

Nixtieq li naraw din is-silta qasira u sabiħa li fiha hemm diversi punti li jolqtu lilna lkoll fil-ħajja tagħna… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Angelus: it-tħabbir tal-Evanġelju mhux ħin mitluf

  Pjazza San Pietru, il-Vatikan

Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb!

L-Evanġelju tal-lum jirrakkonta l-vokazzjoni tal-ewwel dixxipli (ara Mk 1:14-20). Waħda mill-affarijiet li jagħmel Ġesù fil-bidu tal-ħajja pubblika tiegħu hi, li jsejjaħ oħrajn biex jingħaqdu miegħu fil-missjoni: jersaq lejn xi sajjieda żgħażagħ u jistedinhom imorru warajh biex isiru “sajjieda tal-bnedmin” (v.17). Dan hu messaġġ importanti għalina: il-Mulej iħobb jinvolvina fl-opra tiegħu tas-salvazzjoni, iridna attivi flimkien miegħu, iridna nkunu responsabbli u protagonisti… Kompli aqra »

Il-konverzjoni ta’ San Pawl hi stedina għall-konverżjoni tagħna – L-Arċisqof

Quddiesa fil-festa tal-Konverżjoni ta’ San Pawl

  Il-Katidral ta' San Pawl, l-Imdina

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Smajna lill-Appostlu Missierna stess jiġbor fi ftit kliem l-esperjenza li qegħdin niċċelebraw. F’waħda mill-ittri tiegħu li smajna fit-tieni qari llum jgħid li Alla li sejjaħlu sa mill-bidu fil-misteru tal-ħolqien tiegħu, laqqgħu ma’ ibnu Ġesù u tah missjoni (ara Gal 1:16). Dan li qed niċċelebraw llum.

L-ewwel nett qegħdin nirringrazzjaw lil Alla tal-Appostlu Missierna San Pawl. Aħna m’għandniex festa tat-twelid ta’ San Pawl bħalma għandna t-twelid ta’ San Ġwann il-Battista… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 22 ta’ Jannar 2024, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 22 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 28:1-10
Salm: 15:1-2,5,7-8,11

L-Evanġelju: Mt 25:31-40

«Meta jiġi Bin il-bniedem fil-glorja tiegħu u bl-anġli kollha miegħu, imbagħad joqgħod fuq it-tron glorjuż tiegħu. U quddiemu jinġabru l-ġnus kollha, u hu jifridhom minn xulxin, bħalma r-ragħaj jifred lin-nagħaġ mill-mogħoż: in-nagħaġ iqegħedhom fuq il-lemin tiegħu u l-mogħoż fuq ix-xellug.

Imbagħad is-Sultan jgħid lil dawk ta’ fuq il-lemin tiegħu, ‘Ejjew, imberkin minn Missieri, ħudu b’wirt tagħkom is-Saltna li tħejjiet għalikom sa mill-ħolqien tad-dinja… Kompli aqra »

Il-Mulej jagħtina dawl biex nifhmu leħnu fiċ-ċirkustanzi ta’ ħajjitna – L-Arċisqof

  Il-Katidral ta’ San Pawl, l-Imdina

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Bix-xieraq niċċelebraw it-titular ta’ dan il-Katidral, il-konverżjoni ta’ San Pawl. Anke għaliex fil-konverżjoni tiegħu, l-Appostlu Missierna, aħna naraw, nqimu, u nfakkru l-konverżjoni tagħna. Stedina li aħna nbiddlu l-ħsieb tagħna, u dejjem naħsbu fil-Mulej Ġesù, u kif jaħseb il-Mulej Ġesù. 

Din is-sena partikolari li fiha pajjiżna jagħlaq sittin sena bħala Stat Sovran, 50 sena Repubblika, nixtieq nitlob ħafna l-interċessjoni tal-Appostlu Missierna fuq il-poplu tagħna… Kompli aqra »

Quddiesa tal-Ħadd – 21 ta’ Jannar 2024, 9:30am

  Il-Katidral ta' San Pawl, L-Imdina

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 21 ta’ Jannar

It-Tielet Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġona 3:1-5,10
Salm: 24 (25):4bċ-5ab,6-7bċ,8-9
It-Tieni Qari: 1 Kor 7:29-31

L-Evanġelju: Mk 1:14-20

Wara li arrestaw lil Ġwanni, Ġesù mar il-Galilija jxandar l-Evanġelju ta’ Alla u jgħid: “Iż-żmien huwa mitmum, u s-Saltna ta’ Alla waslet; indmu u emmnu fl-Evanġelju.”

Waqt li kien għaddej ma’ xatt il-baħar tal-Galilija, lemaħ lil Xmun u ’l ħuh Indrì qegħdin ikalaw ix-xbiek fil-baħar, għax kienu sajjieda… Kompli aqra »