Arkivji mensili: Jannar 2024

Quddiesa u Rużarju – 11 ta’ Jannar 2024, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 11 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Sam 4:1-11
Salm: 43 (44):10-11,14-15,24-25

L-Evanġelju: Mk 1:40-45

F’dak iż-żmien, resaq fuq Ġesù wieħed lebbruż jitolbu bil-ħerqa, inxteħet għarkupptejh quddiemu u qallu: “Jekk trid, tista’ tfejjaqni!” Imqanqal mill-ħniena, Ġesù medd idu fuqu, messu u qallu: “Irrid, kun imnaddaf!” U minnufih il-lebbra marritlu u ġismu ndaf. U widdbu bis-sħiħ, bagħtu malajr u qallu: “Qis li ma tgħid xejn lil ħadd; iżda mur uri ruħek lill-qassis, u agħmel offerta għall-fejqan tiegħek kif ordna Mosè, biex tkunilhom ta’ xhieda.”

Iżda dak, meta telaq, beda jxandar ma’ kullimkien u jxerred l-aħbar, hekk li Ġesù f’ebda belt ma sata’ iżjed jidħol bid-dieher, imma kien jibqa’ barra fil-kampanja u kienu jmorru ħdejh nies minn kullimkien… Kompli aqra »

L-għaxqa ta’ ħajjitna – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Ġej warajja min hu aqwa minni” (Ġw 1:7). Dan hu li jgħid illum, fl-Evanġelju skont San Mark, San Ġwann Battista meta qed iħabbar li ġej Ġesù. U dejjem fuq hekk jinsisti San Ġwann Battista: li hu qiegħed hemm biex jipprepara lin-nies għal Ġesù. Għalhekk, meta Ġesù ġie biex jitgħammed, kienet stramba għal ħafna min-nies, ibda minn Ġwanni l-Battista stess li, f’siltiet fl-Evanġelji oħra – għax il-Magħmudija tal-Mulej hi rrakkuntata fl-Evanġelju ta’ San Mark, San Mattew, San Luqa – f’dawn is-siltiet hemm ir-reazzjoni ta’ Ġwanni l-Battista li jgħidlu: int gejt biex titgħammed? … Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 10 ta’ Jannar 2024, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 10 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Sam 3:1-10,19-20
Salm: 39 (40):2 u 5,7-8a,8b-9,10

L-Evanġelju: Mk 1:29-39

F’dak iż-żmien, Ġesù ħareġ mis-sinagoga u baqa’ sejjer ma’ Ġakbu u Ġwanni għand Xmun u Indrì. Issa omm il-mara ta’ Xmun kienet fis-sodda bid-deni, u malajr qalulu biha. Resaq lejha, qabadha minn idha u qajjimha. U d-deni ħallieha, u bdiet isservihom.

Filgħaxija, imbagħad, fi nżul ix-xemx, ħadulu quddiemu lil dawk kollha li kienu morda jew li kienu maħkuma mix-xitan… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 9 ta’ Jannar 2024, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 9 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Sam 1:9-20
Salm: 1 Sam 2:1,4-5,6-7,8abċd

L-Evanġelju: Mk 1:21b-28

F’dak iż-żmien, Ġesù, f’jum is-Sibt, daħal fis-sinagoga ta’ Kafarnahum u qagħad jgħallem. In-nies baqgħu mistagħġbin bil-mod tat-tagħlim tiegħu, għax beda jgħallimhom bħal wieħed li għandu s-setgħa, u mhux bħall-kittieba. Mela jkun hemm fis-sinagoga tagħhom raġel bi spirtu ħażin u qabad jgħajjat u jgħid: “Aħna x’għandna x’naqsmu, Ġesù ta’ Nazaret? … Kompli aqra »

Il-Papa fl-Anġelus – Tiftakarha d-data tal-Magħmudija tiegħek?

  Pjazza San Pietru, il-Vatikan

Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb!

Illum qed niċċelebraw il-Magħmudija tal-Mulej (cfr Mk 1,7-11). Din isseħħ fix-xmara Ġordan, fejn Ġwanni – imsejjaħ il-Battista propju minħabba f’hekk – qed jagħmel rit ta’ purifikazzjoni, li jesprimi impenn ta’ tbegħid mid-dnub u konverżjoni.  Il-poplu jmur biex jitgħammed bl-umiltà, bis-sinċerità u, kif tgħidilna l-Liturġija “b’qalb u saqajn għerja”, u Ġesù wkoll imur, u jinawgura l-ministeru tiegħu: b’hekk juri li jrid ikun qrib il-midinbin, li ġie minħabba fihom, għalina lkoll għax aħna lkoll midinbin… Kompli aqra »

Il-laqgħa tal-għajnejn ittaffi ħafna weġgħat – L-Arċisqof lill-koppji miżżewġin

Quddiesa għall-koppji li żżewġu fl-2023

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Wieħed mill-aspetti kommoventi ta’ din il-festa hu l-misteru kbir tal-imħabba ta’ Alla, li ħerqana li tinfirex mat-trufijiet tal-art, u tlaqqa’ mal-ħniena ta’ Alla lill-ġnus kollha. Illum nistgħu ngħidu li qed niċċelebraw l-inklussività, u l-universalità tal-imħabba u tal-ħniena ta’ Alla. Din it-tarbija ċkejkna li twieldet fil-belt ta’ David, mhijiex biss imwielda għall-poplu Lhudi, imma hi wkoll ta’ salvazzjoni għall-ġnus. Ta’ 40 jum, Ġesù jkun f’dirgħajn Xmun fit-Tempju ta’ Ġerusalemm, u li dan “ir-raġel ġust u tajjeb, li kien jistenna l-faraġ ta’ Iżrael” (Lq 2:25), u jara l-Messija tal-Mulej, imdawwal mill-Mulej stess, iħares lejn din it-tarbija, u jirringrazzja lil Alla li qed jaraha b’għajnejh, qed jaraha wiċċ imb wiċċ, u jgħid, din hi “dawl biex idawwal il-ġnus, u glorja tal-poplu ta’ Iżrael” (Lq 2:32)… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 8 ta’ Jannar 2024, 9:30am