Nitolbu lil Alla jkisser il-ħafna ħitan li jifirduna – L-Arċisqof fil-festa ta’ San Pawl
Quddiesa fil-festa trasferita ta' San Pawl Nawfragu
24/02/2024 Il-Kolleġġjata ta' San Pawl Nawfragu, il-Belt VallettaL-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna
Kif tidħol f’dan it-tempju għażiż, u tħares ‘il fuq, tara pittura sabiħa tal-Palumbi, tal-1902, li din is-sena ġiet ukoll riprodotta fil-qoxra tal-programm tal-festa ta’ din is-sena. U li fiha l-artist bravu jżejjen lil din il-Knisja bl-arti tiegħu, jippreżentalna x-xena ta’ Pawlu, l-Appostlu Missierna, li jippreżenta lil Malta, lilna, lil Ġesù. Malta, imlibbsa bl-oħla dija, biex nissellef il-kliem sabiħ tal-poeta nazzjonali Dun Karm, miktub għoxrin sena wara, fl-1922 – ‘Bl-oħla dawl libbist’… Kompli aqra »