Arkivji mensili: Frar 2024

Quddiesa u Rużarju – 27 ta’ Frar 2024, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 27 ta’ Frar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Iż 1:10,16-20
Salm: 49 (50): 8-9,16bċ-17,21 u 23

L-Evanġelju: Mt 23:1-12

F’dak iż-żmien, Ġesù kellem lin-nies u lid-dixxipli tiegħu, u qalilhom: “Fuq il-katedra ta’ Mosè qagħdu l-kittieba u l-Fariżej. Mela kulma jgħidulkom huma agħmluh u ħarsuh, iżda tagħmlux kif jagħmlu huma, għax huma kliem biss għandhom, imma fatti xejn. Huma jorbtu qatet kbar u tqal u jgħabbuhom fuq spallejn ħaddieħor, waqt li huma stess anqas b’sebagħhom wieħed ma jridu jħarrkuhom… Kompli aqra »

Ta’ kelmtu l-Mulej – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

M’ilux kien hemm diversi nies li rċevew messaġġ li kien jgħid li ġej Ġesù fuq għolja f’Malta. Xi wħud riedu li jkunu hemm, fuq l-għolja, f’din l-okkażjoni. Niftiehmu, aħna għandna lil Ġesù dejjem hawn magħna fil-Knisja, u fiċ-ċelebrazzjoni tal-Ewkaristija jkollna l-akbar miraklu li jseħħ u li narawh bl-għajnejn tal-fidi. Imma tifhem li l-għolja hi l-post ideali għal min jidhirlu li għandu viżjoni speċjali… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Anġelus – Qatt ma nwarrbu lil Ġesù minn quddiem għajnejna

  Pjazza San Pietru, il-Vatikan

Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb!

L-Evanġelju tal-lum, it-tieni Ħadd tar-Randan, jippreżentalna l-episodju tat-Trasfigurazzjoni ta’ Ġesù (cfr Mk 9,2-10).

Wara li ħabbar il-Passjoni tiegħu lid-dixxipli, Ġesù jieħu miegħu lil Pietru lil Ġakbu u ‘l Ġwanni, jitla’ fuq l-għolja u hemm juri ruħu fiżikament fid-dawl kollu tiegħu. B’hekk jurihom is-sens ta’ dak li kienu għexu flimkien sa dak il-waqt. Il-predikazzjoni tas-Saltna, il-maħfra tad-dnubiet, il-fejqan u s-sinjali li saru, infatti, kienu xrar ta’ dawl ferm akbar: id-dawl ta’ Ġesu, id-dawl li hu Ġesù.  … Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 26 ta’ Frar 2024, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 26 ta’ Frar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Dan 9:4b-10
Salm: 78 (79):8,9,11 u 13

L-Evanġelju: Lq 6:36-38

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Ħennu, bħalma hu ħanin Missierkom. Tiġġudikawx, u ma tkunux iġġudikati; tikkundannawx, u ma tkunux ikkundannati; aħfru, u ssibu l-maħfra. Agħtu, u jingħatalkom.

Kejl tajjeb, marsus, mheżżeż sewwa u mburġat iqegħdulkom f’ħoġorkom; għax bl-istess kejl li tkejlu intom jitkejjel lilkom.” Kompli aqra »

Quddiesa fit-Tieni Ħadd tar-Randan – 25 ta’ Frar 2024, 9:30am

  Il-Knisja Parrokkjali ta' San Lawrenz, San Lawrenz, Għawdex

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 25 ta’ Frar

It-Tieni Ħadd tar-Randan
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġen 22:1-2,9a,10-13,15-18
Salm: 115(116):10,15-19
It-Tieni Qari: Rum 8:31b-34

L-Evanġelju: Mk 9:2-10

F’dak iż-żmien, Ġesù ħa miegħu lil Pietru u lil Ġakbu u lil Ġwanni, tellagħhom weħidhom fuq muntanja għolja, u tbiddel quddiemhom. Ilbiesu sar abjad u jgħammex b’dija tal-għaġeb: ebda ħassiel fid-dinja ma jista’ jġib il-ħwejjeġ bojod daqshekk. U dehrilhom Elija ma’ Mosè, jitkellmu ma’ Ġesù… Kompli aqra »

Strumenti tal-għaqda u s-sliem – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Ħalli l-offerta tiegħek hemmhekk quddiem l-artal, u mur l-ewwel irranġa ma’ ħuk, imbagħad ejja tella’ l-offerta tiegħek” (Mt 5:24). Dan hu l-kliem li jgħid Ġesù llum lid-dixxipli tiegħu fl-Evanġelju, meta qed jgħidilhom kif għandhom iġibu ruħhom mal-oħrajn: l-imħabba li tkun f’qalbhom, mhux il-mibegħda; il-maħfra u mhux b’xi mod il-vendikazzjoni. Hawn jgħid li jekk tkun qed itella’ l-offerta tiegħek fuq l-artal, u hemm “tiftakar li ħuk għandu xi ħaġa kontra tiegħek” (Mt 5:23), ħalli l-offerta hemmhekk, u mur l-ewwel irranġa ma’ ħuk, imbagħad ejja tella’ l-offerta tiegħek… Kompli aqra »

Kbira l-providenza ta’ Alla! – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kolleġġjata ta’ San Pawl, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Ħbieb, kien imisskom smajtu minni u ma tlaqtux minn Kreta. Kontu teħilsu minn din il-ħsara u dan it-telf” (Atti 27:21). Dan huwa l-kliem li jgħid Pawlu lin-nies fuq il-ġifen, kif smajna fl-Atti tal-Appostli. Fil-fatt hekk kien għamel ftit qabel din is-silta, kien wissa b’mod ċar. Kien qalilhom: “Qiegħed nara li s-safra se tkun ta’ ħsara u telf kbir, mhux biss għat-tagħbija u l-ġifen, imma għal ħajjitna wkoll” (Atti 27:10)… Kompli aqra »