Arkivji mensili: Frar 2024

Il-Papa fl-Udjenza – L-għira, jekk ma tiġix ikkontrollata, twassal għall-mibegħda

  Awla Pawlu VI, Il-Vatikan

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Illum se nħarsu lejn żewġ vizzji li nsibuhom fil-listi l-kbar li t-tradizzjoni spiritwali ħallitilna: l-għira u l-vanaglorja.

Ħa nibdew mill-għira. Jekk naqraw l-Iskrittura Mqaddsa (ara Ġen 4), din tidher quddiemna bħala wieħed mill-eqdem vizzji: il-mibegħda ta’ Kajjin għal Abel toħroġ kollha meta jintebaħ li s-sagrifiċċji ta’ ħuh huma mogħġuba quddiem Alla… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 29 ta’ Frar 2024, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 29 ta’ Frar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġer 17:5-10
Salm: 1:1-2,3,4 u 6

L-Evanġelju: Lq 16:19-31

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill-Fariżej: “Kien hemm raġel għani, jilbes il-porpra u għażel mill-ifjen; l-hena tiegħu kien li kuljum jagħmel ikla mill-aħjar. U wieħed fqir jismu Lazzru, li kellu ġismu ġerħa waħda, kien imur jinxteħet ħdejn il-bieb ta’ daru, bix-xewqa li jixba’ b’dak li jaqa’ mill-mejda tal-għani. Sa l-klieb kienu jmorru jilagħqu l-ġrieħi tiegħu… Kompli aqra »

Kunsill ġdid tal-Kappillani 2024-2026

Mix-xellug: Dun Evan Caruana, Dun Franco Fenech, Dun Albert Buhagiar Dun Bastjan Caruana, Dun Reuben Micallef, l-Arċisqof Charles Scicluna, l-Isqof Joseph Galea-Curmi, Dun Daniel Cardona, Dun Karm Farrugia u Dun Robin Camilleri.

Il‑Kulleġġ tal‑Kappillani tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta ħatar Kunsill ġdid tal‑Kappillani għas‑snin 2024‑2026 u li se jkun magħmul minn tmien kappillani.

Fl‑ewwel laqgħa tal‑Kunsill tal‑Kulleġġ tal‑Kappillani, l‑Isqfijiet ta’ Malta awguraw lill‑membri l‑ġodda sabiex il‑ħidma tagħhom tħalli l‑frott mixtieq fil‑parroċċi u fil‑Knisja f’Malta… Kompli aqra »

Il-Papa jittieħed l-isptar wara l-udjenza ġenerali

Ritratt: Vatican Media

Wara l-Udjenza Ġenerali ta’ dalgħodu l-Papa Franġisku reġa’ ddaħħal l-isptar għall-vista wara li aktar kmieni din il-ġimgħa kellu s-sintomi tal-influwenza.

Il-Papa Franġisku, li għandu 87 sena, aktar kmieni ddaħħal fis-sala permezz ta’ siġġu tar-roti u deher għajjien ħafna. Dalgħodu fis-Sala Pawlu VI tal-Vatikan, waqt l-Udjenza Ġenerali hu kompla s-sensiela ta’ katekeżi tiegħu dwar il-virtujiet u l-vizzji. Din il-ġimgħa huwa rrifletta u eżamina l-għira u l-vanità… Kompli aqra »

Id-Dikasteru għall-Evanġelizzazzjoni joffri riżorsa għas-Sena ta’ Talb

The Vatican’s Dicastery for Evangelization has issued a new resource on prayer aimed at inviting the faithful to “intensify prayer as a personal dialogue with God” and to reflect on their faith and commitment in today’s world.

The new guidebook, entitled Teach Us to Pray (Italian: “Insegnaci a pregare”), is the latest in a series of resources provided by the Dicastery to assist the Church as she prepares for the celebration of Jubilee 2025… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 28 ta’ Frar 2024, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 28 ta’ Frar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġer 18:18-20
Salm: 30 (31):5-6,14,15-16

L-Evanġelju: Mt 20:17-28

F’dak iż-żmien, huwa u tiela’ lejn Ġerusalemm, fit-triq Ġesù sejjaħ lit-Tnax weħidhom madwaru u qalilhom: “Araw, issa aħna telgħin Ġerusalemm, u Bin il-bniedem se jingħata f’idejn il-qassisin il-kbar u l-kittieba; dawn jaqtgħuhielu għall-mewt, jerħuh f’idejn il-pagani biex jiddieħku bih, u jagħtuh is-swat u jsallbuh; u fit-tielet jum iqum.”

Imbagħad resqet lejh omm ulied Żebedew flimkien ma’ wliedha, u nxteħtet quddiemu titolbu xi ħaġa… Kompli aqra »

15-il Kattoliku rrappurtati maqtula f’attakk terroristiku f’Burkina Faso

At least 15 Catholics attending Sunday Mass were killed on Sunday in jihadi-ridden Burkina Faso during a terrorist attack, reported local Church sources.  

The attack occurred in Essakane village in the country’s North-Eastern Oudalan province, a jurisdiction of the Catholic Diocese of Dori bordering Mali and Niger.

According to a media release issued by the Vicar General of diocese on behalf of the Bishop Laurent Birfuoré Dabiré, twelve worshippers died at the scene of the attack, while three succumbed to their injuries  and two others are in hospital… Kompli aqra »

Ħames kelmiet f’waqthom – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Hemm ħames kelmiet li jgħid Ġesù llum fl-Evanġelju li jagħtu direzzjoni importanti għall-ħajja tagħna. Ġesù jgħid: Ħennu, tiġġudikawx, tikkundannawx, aħfru, agħtu.

Ġesù jgħid: “Ħennu bħalma hu ħanin Missierkom” (Lq 6:36). Irid minna li aħna jkollna qalb li tagħder, mimlija kompassjoni. Meta ngħidu ħniena ma jfissirx li jien qiegħed fuq pedestall u nħares ’l isfel lejn in-nies, imma li nimxi magħhom, fit-triq tagħhom, u li nkun tassew qrib tagħhom bl-imħabba… Kompli aqra »