Arkivji mensili: Frar 2024

Quddiesa f’Jum il-Morda – 12 ta’ Frar 2024, 9:30am

  Il-Kappella ta' San Vinċenz de Paule, Ħal Luqa

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 12 ta’ Frar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġak 1:1-11
Salm: 118 (119):67,68,71,72,75,76

L-Evanġelju: Mk 8:11-13

F’dak iż-żmien, ġew il-Fariżej u bdew iħaqquha ma’ Ġesù; u, biex iġarrbuh, talbuh sinjal mis-sema. Hu tniehed tnehida fih innifsu u qal: “Għalfejn irid sinjal dan in-nisel? Tassew ngħidilkom, ebda sinjal ma jingħatalu dan in-nisel.”

U telaqhom, raġa’ tala’ fuq id-dgħajsa u mar ix-xatt l-ieħor. Kompli aqra »

“Nitolbu biex tassew nilqgħu lil kulħadd fis-soċjetà tagħna” – L‑Arċisqof

Omelija fis-sitt Ħadd ta’ matul is-sena

  Il-Knisja Parrokkjali ta' San Franġisk, il-Qawra

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

L-Evanġelju tal-lum jista’ jinstema’ bħala xi ħaġa ’l bogħod għaliex għall-grazzja t’Alla l-marda tal-lebbra—marda li taffetwa l-ġilda tal-bniedem—illum hawn il-fejqan għaliha. Imma tajjeb nieħdu t-tagħlima li jagħtina Ġesù—tagħlima ta’ ħniena u ta’ kuraġġ—u nistaqsu lilna nfusna: imma fostna, madwarna, fil-familji tagħna hemm nies għeżież u oħrajn mhumiex li aħna nitrattaw bħalma kienu jagħmlu elfejn sena ilu lil min kien bil-lebbra? … Kompli aqra »

Infejqu l-morda billi nfejqu r-relazzjonijiet

Artiklu mill-Isqof Joseph Galea-Curmi ppubblikat f’The Sunday Times

“It is not good for man to be alone. Healing the Sick by Healing Relationships” is the theme of the message of Pope Francis for the 2024 World Day of the Sick, held today, 11 February. 

In his message, the Pope explores the fundamental importance and healing power of our relationships with others and with God. Drawing on God’s words about Adam in the Book of Genesis (cf… Kompli aqra »

Mhux sewwa li l-bniedem jibqa’ waħdu – Il-Papa fil-jum iddedikat għall-morda

“Mhux sewwa li l-bniedem jibqa’ waħdu” (ara Ġen 2:18). Mill-bidu, Alla, li hu imħabba, ħalaqna għall-komunjoni u żejjinna b’ħila li hemm f’kull wieħed u waħda minna li nidħlu f’relazzjoni mal-oħrajn. Ħajjitna, li hija xbieha tat-Trinità, hija maħsuba biex titwettaq b’mod sħiħ permezz ta’ relazzjonijiet, ħbiberiji u mħabba reċiproka. Aħna konna maħluqa biex inkunu flimkien, u mhux waħedna. Propju għax dan il-pjan ta’ komunjoni għandu l-għeruq tiegħu fil-fond tal-qalb ta’ kull bniedem, l-esperjenza ta’ meta nħossuna abbandunati jew meta nħossuna waħedna narawha bħala xi ħaġa tal-biża’, li tweġġagħna, għax hi xi ħaġa diżumana… Kompli aqra »

Quddiesa tal-Ħadd – 11 ta’ Frar 2024, 9:30am

  Il-Knisja Parrokkjali ta' San Franġisk, il-Qawra

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 11 ta’ Frar

Is-Sitt Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Lev 13:1-2,45-46
Salm: 31 (32):1-2,5,11
It-Tieni Qari: 1 Kor 10:3-11:1

L-Evanġelju: Mk 1:40-45

F’dak iż-żmien, resaq fuq Ġesù wieħed lebbruż jitolbu bil-ħerqa, inxteħet għarkupptejh quddiemu u qallu: “Jekk trid, tista’ tfejjaqni!”. Imqanqal mill-ħniena, Ġesù medd idu fuqu, messu u qallu: “Irrid, kun imnaddaf!”

U minnufih il-lebbra marritlu u ġismu ndaf… Kompli aqra »

Alla fiċ-ċentru tal-5 doni li Dun Karm talbu jagħtina – L-Arċisqof

Omelija fis-Solennità San Pawl, Patrun ta’ Malta

  Is-Santwarju ta’ San Pawl tal-Ħġejjeġ, San Pawl il-Baħar

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Iż-żewġ sinjali li ssieħbu l-kelma li ħallielna Pawlu huma propju l-ħelsien mill-lifgħa velenuża u l-fejqan ta’ missier Publiju u tal-morda kollha tal-gżira. Huma dawn iż-żewġ sinjali fost il-lista li jsemmi Ġesù fl-Evanġelju li għadna kemm smajna, li jsiru sinjal tal-qawwa tiegħu u tal-preżenza tiegħu fostna. Illum f’dan il-jum solenni tal-10 ta’ Frar, nitolbu lill-Mulej ikun għalina salvatur u jkun għalina emanuelKompli aqra »

Quddiesa fil-Festa ta’ San Pawl – 10 ta’ Frar 2024, 9:30am

  Is-Santwarju ta' San Pawl tal-Ħġejjeġ, San Pawl il-Baħar

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 10 ta’ Frar

L-Appostlu Missierna San Pawl, Patrun ta’ Malta – Solennità
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Għerf 14:3-7
Salm: 106:21-31
It-Tieni Qari: Atti 27, 16 – 28, 10 jew 2 Kor 11:18,24-31

L-Evanġelju: Mk 16:15-20

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill-Ħdax : “Morru fid-dinja kollha, xandru l-Evanġelju lill-ħolqien kollu. Min jemmen u jitgħammed, isalva; iżda min ma jemminx, ikun ikkundannat. U dawn huma s-sinjali li jsieħbu lil dawk li jemmnu: f’ismi jkeċċu x-xjaten, jitkellmu b’ilsna ġodda, jaqbdu s-sriep b’idejhom, u jekk jixorbu xi xorb li jġib il-mewt ma jagħmlilhomx ħsara; iqiegħdu idejhom fuq il-morda u dawn ifiqu.”

U hekk il-Mulej Ġesù, wara li kellimhom, kien imtella’ fis-sema u qagħad in-naħa tal-lemin ta’ Alla… Kompli aqra »