Qari tal-jum
L-Ewwel Qari: Iż 50:4-9a
Salm: 68 (69):8-10,21bċd-22,31 u 33-34
L-Evanġelju: Mt 26:14-25
F’dak iż-żmien, wieħed mit-Tnax, jismu Ġuda l-Iskarjota, mar għand il-qassisin il-kbar u qalilhom: “Xi tridu tagħtuni u jiena nagħtikom lil Ġesù f’idejkom?” U huma tawh tletin biċċa talfidda bħala ħlas. Minn dak il-ħin beda jfittex okkażjoni tajba biexjagħtihom lil Ġesù f’idejhom.
Fl-ewwel jum tal-Ażżmi d-dixxipli resqu lejn Ġesù u qalulu: “Fejn tridna nħejjulek l-ikla tal-Għid?” U hu qalilhom: “Morru l-belt għand it-tali, u għidulu: “Qallek l-Imgħallem: Is-siegħa tiegħi waslet; jien se nagħmel l-ikla tal-Għid għandek mad-dixxipli tiegħi.”
Id-dixxipli għamlu kif ordnalhom Ġesù u ħejjew l-ikla tal-Għid… Kompli aqra »