Arkivji mensili: April 2024

Quddiesa u Rużarju – 19 ta’ April 2024, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 19 ta’ April

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 9:1-20
Salm: 116 (117):1.2

L-Evanġelju: Ġw 6:52-59

F’dak iż-żmien, il-Lhud tlewmu bejniethom, u bdew jgħidu: “Kif jista’ dan jagħtina ġismu biex nikluh?” Ġesù mela qalilhom: “Tassew tassew ngħidilkom, jekk ma tiklux il-ġisem ta’ Bin il-bniedem u ma tixorbux demmu, ma jkollkomx il-ħajja fikom. Min jiekol ġismi u jixrob demmi għandu l-ħajja ta’ dejjem, u jiena nqajmu mill-imwiet fl-aħħar jum… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza – Tħallix mument ta’ rabja jirvina relazzjonijiet u ħbiberiji

  Pjazza San Pietru, il-Vatikan

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Illum se nitkellem fuq ir-raba’ u l-aħħar virtù kardinali: il-qies. Flimkien mat-tlieta l-oħra, din il-virtù għandha storja li tmur ħafna lura fiż-żmien u li mhix biss ħaġa tal-Insara. Għall-Griegi l-prattika tal-virtujiet kellha bħala għan tagħha l-hena. Il-filosfu Aristotli jikteb l-aktar trattat importanti tiegħu tal-etika billi jindirizzah lil bin Nikomaku, biex iħarrġu fl-arti ta’ kif wieħed jgħix… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 18 ta’ April 2024, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 18 ta’ April

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 8:26-40
Salm: 65 (66):8-9,16-17,20

L-Evanġelju: Ġw 6:44-51

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lin-nies: “Ħadd ma jista’ jiġi għandi jekk il-Missier li bagħatni ma jiġbdux lejja; u jiena nqajmu mill-imwiet fl-aħħar jum. Hemm miktub fil-Profeti: ‘U kulħadd ikun mgħallem minn Alla.’ Mela kull min jisma’ lill-Missier u jitgħallem minnu jiġi għandi. Mhux għax xi ħadd qatt ra lill-Missier ħlief dak li hu minn Alla; hu dan li ra lill-Missier… Kompli aqra »

L‑ordinazzjoni ta’ tliet saċerdoti ġodda

Il‑Knisja f’Malta se jkollha tliet saċerdoti ġodda nhar is‑Sibt, 20 ta’ April 2024. L‑Arċisqof Charles Scicluna se jordna saċerdoti lil: Rev. Malcolm John Saliba mill‑Parroċċa ta’ Santa Marija Mtellgħa s‑Sema f’Ħ’Attard, Rev. Karl Andrew Schembri mill‑Parroċċa tat‑Twelid tal‑Verġni Marija fil‑Mellieħa u Rev. Rob Rizzo SJ mill‑Kumpanija ta’ Ġesù.

Il‑quddiesa se ssir fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann fil‑Belt Valletta fid‑9:30am u se tixxandar fuq Knisja.mt u Newsbook Malta… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 17 ta’ April 2024, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 17 ta’ April

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 8:1b-8
Salm: 65 (66):1-3a,4-5,6-7a

L-Evanġelju: Ġw 6:35-40

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lin-nies: “Jiena hu l-ħobż tal-ħajja. Min jiġi għandi ma jieħdu qatt il-ġuħ, u min jemmen fija ma jkun qatt bil-għatx! Imma jiena ġa għedtilkom li, għalkemm rajtuni, ma emmintux. Dawk kollha li jagħtini Missieri jiġu għandi, u min jiġi għandi ma nkeċċihx ’il barra; għax jiena nżilt mis-sema mhux biex nagħmel ir-rieda tiegħi, imma r-rieda ta’ min bagħatni… Kompli aqra »

Il-mistoqsija li għandna nagħmlu – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Marru lejn Kafarnahum ifittxu lil Ġesù” (Ġw 6:24). Hekk naqraw fuq dawn in-nies fl-Evanġelju skont San Ġwann. Naraw din il-ħerqa kbira li kellhom biex isibu lil Ġesù. Fil-fatt l-Evanġelju jgħid li kien hemm dgħajsa waħda u raw li Ġesù ma kienx fiha, imbagħad stennew, ġew id-dgħajjes minn Tiberija u lanqas hemm ma kien Ġesù, imma tant riedu jsibu lil Ġesù li telgħu fuq id-dgħajjes huma u marru lejn Kafarnahum biex ifittxu lil Ġesù… Kompli aqra »