Ħaddiema migranti jitkellmu mal-Arċisqof dwar ħajjithom f’Malta
10/05/2024Iż‑żieda sostanzjali fil‑kiri tal‑propjetà kif ukoll l‑emozzjonijiet ta’ ferħ imma fl‑istess ħin ta’ ansjetà li jħossu mindu ġew jgħixu f’Malta kienu fost l‑affarijiet li l‑ħaddiema migranti qasmu mal‑Arċisqof Charles Scicluna fit‑30 ta’ April 2024, lejlet il‑festa ta’ San Ġużepp Ħaddiem.
Diversi migranti mis-Saħara t’Isfel u mill‑Afrika tal‑Punent kif ukoll mill‑Asja t’Isfel u tax‑Xlokk li nġabru fil‑Kurja tal‑Arċisqof fil‑Furjana, irringrazzjaw lill‑Arċisqof talli laqagħhom bħala missier, filwaqt li rrikonoxxew ir‑rwol tal‑Knisja bħala difensur tad‑dinjità tal‑ħaddiema… Kompli aqra »