Arkivji mensili: Settembru 2024

L-Evanġelju tal-Ħadd: 22 ta’ Settembru

Il-Ħamsa u Għoxrin Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Għerf 2:12,17-20
Salm: 53 (54):3-4,5,6,8
It-Tieni Qari: Ġak 3:16 – 4:3

L-Evanġelju: Mk 9:30-37

F’dak iż-żmien, Ġesù u d-dixxipli tiegħu għaddew minn nofs il-Galilija, u ma ried li ħadd ikun jaf, għax beda jgħallem lid-dixxipli tiegħu u jgħidilhom: “Bin il-bniedem se jingħata f’idejn il-bnedmin u joqtluh; u meta jkun maqtul, wara tlitt ijiem iqum mill-mewt.” Iżda huma ma fehmuhx dan il-kliem, u beżgħu jistaqsuh… Kompli aqra »

Grazzi, Sinjur Alla – L-Arċisqof f’Jum l-Indipendenza

Pontifikal statali f'Jum l-Indipendenza

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Aħna u niċċelebraw is‑60 anniversarju minn meta pajjiżna kiseb l‑Indipendenza u sar stat sovran u awtonomu, xtaqt ninseġ ir‑riflessjonijiet tiegħi fuq tliet frażijiet għeżież li għallimna s‑saċerdot qaddis Malti San Ġorġ Preca (1880–1962):

Grazzi Sinjur Alla u aħfirli Sinjur Alla;

Sinjur Alla, jiena għandi bżonnok;

Ejjew inkunu Ħbieb tal‑Evanġelju.

I  |  Grazzi, Sinjur Alla u aħfirli, Sinjur Alla

Din it‑talba ta’ Dun Ġorġ, illum issir talba ta’ kull wieħed u waħda minna, tagħna lkoll: Grazzi, Sinjur Alla u aħfrilna, Sinjur Alla! … Kompli aqra »

Quddiesa f’Jum l-Indipendenza – 21 ta’ Settembru 2024, 9:30am

  Il-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 21 ta’ Settembru

San Mattew, appostlu u evanġelista – Festa
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Efesin 4:1-7,11-13
Salm: 18:2-5

L-Evanġelju: Mt 9:9-13

F’dak iż-żmien: Huwa u għaddej Ġesù ra wieħed bilqiegħda quddiem il-mejda tat-taxxi; kien jismu Mattew. “Ejja warajja,” qallu. Dak qam u mar warajh. U ġara li, kif qagħad għandu għall-mejda ma’ Ġesù u d-dixxipli tiegħu, rawh il-Fariżej, u qalu lid-dixxipli tiegħu: “Għaliex jiekol mal-pubblikani u l-midinbin l-Imgħallem tagħkom?” Hu semagħhom u qal: “It-tabib ma jeħtiġuhx dawk li huma f’saħħithom, iżda l-morda… Kompli aqra »

Ċelebrazzjoni Interreliġjuża dwar il-Ħolqien

Illejla, 20 ta’ Settembru 2024 fis-19:30 f’Baħar iċ-Ċagħaq

Il-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent qed torganizza ċelebrazzjoni interreliġjuża tal-ħolqien, fl-20 ta’ Settembru 2024 fis-19:30, fil-Knisja ta’ Santa Marija tal-Angli f’Baħar iċ-Ċagħaq.

Dan l-avveniment qed isir sabiex irawwem iċ-ċelebrazzjoni u l-protezzjoni tal-ambjent, bil-ħsieb li jgħaqqad ir-reliġjonijiet ewlenin fi kollaborazzjoni sħiħa bejniethom. L-għan huwa sabiex tingħata importanza lill-“istaġun tal-ħolqien”, ċelebrazzjoni annwali ta’ talb u azzjoni għar-rispett u l-protezzjoni tal-ħolqien, iċċelebrata mill-Insara madwar id-dinja. L-istaġun tal-ħolqien jibda fl-1 ta’ Settembru, fil-Jum Dinji ta’ Talb għall-Ħarsien tal-Ħolqien, u jibqa’ għaddej sal-4 ta’ Ottubru, fil-festa ta’ San Franġisk t’Assisi… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 20 ta’ Settembru 2024, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 20 ta’ Settembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Kor 15:12-20
Salm: 16 (17):1,6-7,8b u 15

L-Evanġelju: Lq 8:1-3

F’dak iż-żmien, Ġesù qagħad idur l-ibliet u r-rħula, jipprietka u jxandar l-Evanġelju tas-Saltna ta’ Alla.

Kellu miegħu t-Tnax u xi nisa li kien fejjaqhom mill-ispirti ħżiena u mill-mard: Marija, li kienu jgħidulha ta’ Magdala, li minnha kienu ħarġu seba’ xjaten, Ġwanna, mart Ħuża, prokuratur ta’ Erodi, Susanna, u ħafna oħrajn, li kienu jaqduhom minn ġidhom… Kompli aqra »

Il-bżonn li tkompli tinfirex is-Soċjetà tal-MUSEUM

Waqt Laqgħa Ġenerali, f’Mejju 1961, San Ġorġ Preca kien stqarr mal-Membri: “Kemm hemm bżonn li s-Soċjetà tagħna tixtered, għax hemm bżonn kbir fid-dinja ta’ min jgħallem!”.

Din kienet it-tema tal-Laqgħa tal-Erbgħa tat-18 ta’ Settembru 2024 fl-Awditorjum, il-Blata l-Bajda. Waqt din il-laqgħa ġiet iċċelebrata s-Soċjetà Museumina speċjalment mill-aspett missjunarju tagħha. Flimkien mal-Membri u l-Kandidati, kien hemm preżenti l-Magħżulin u l-Aspiranti tad-Delegazzjoni ta’ Malta u Għawdex… Kompli aqra »

“Tlabt lil Carlo Acutis jgħinni nlestih biex jieħdu x-xbieha fuq il-qabar tiegħu” – Adonai Camilleri Cauchi

Ritratt: Adonai Camilleri Cauchi

L-artist Għawdxi Adonai Camilleri Cauchi qal li talab lil Beatu Carlo Acutis, li mistenni jiġi kkanonizzat fiż-żmien qarib li jirnexxielu jlesti x-xbieha tiegħu għax kien hemm ix-xewqa li din tintmess mal-qabar tiegħu.

Hu ġie kkumissjonat mill-Arċipriet Dun John Sultana għall-Parroċċa ta’ Santa Marija Assunta fiż-Żebbuġ Għawdex.

Il-korijiet tal-Parroċċa Santa Marija u Regina Angelorum taħt id-direzzjoni tal-Maestro Franco Cefai kellhom l-okkażjoni jkantaw fil-Vatikan, Pantheon, San Paolo Fouri le Mura, Cascia u fosthom Assisi fejn din ix-xbieha ntmisset mal-qabar ta’ Carlo Acutis waqt quddiesa iċċelebrata mill-Arċipriet… Kompli aqra »

Il-Papa Franġisku: L-Għid hu ta’ Kristu, mhux tal-kalendarji tagħna

Ritratt: VATICAN MEDIA

Il-Ħamis il-Papa Franġisku ltaqa’ ma’ rappreżentanti ta’ Pasqua Together 2025 Initiative, li tirrappreżenta d-diversi għaqdiet u movimenti tal-lajċi minn diversi konfessjonijiet Insara.

Inzerta li fis-Sena Ġubilari 2025 fil-Knisja Kattolika, iċ-ċelebrazzjoni tal-Għid kemm fil-kalendarju Ġuljan u kemm f’dak Gregorjan ħa taħbat fl-istess ġurnata. Dan ifisser li l-Insara kollha mad-dinja se jiċċelebraw il-Qawmien ta’ Kristu fl-istess jum.

Fl-2025 ukoll, l-Insara se jfakkru l-1,700 anniversarju mill-Ewwel Konċilju Ekumeniku ta’ Nicea, li ċċara n-natura divina tal-Iben ta’ Alla u ta lill-Knisja l-Kredu Nicean… Kompli aqra »