Yearly Archives: 2024

B’liema għożża ħabbna – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Knisja Arċipretali San Publju, Il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Araw b’liema għożża ħabbna l-Missier” (1 Ġw 3:1). Dan hu li smajna llum fl-Ewwel Ittra ta’ San Ġwann Appostlu, u dan hu l-messaġġ importanti li jrid iwassal lilna Ġesù, lil kull wieħed u waħda minna llum, meta jitkellem fuqu nnifsu bħala r-ragħaj it-tajjeb. Ġesù jgħid: “Jiena r-ragħaj it-tajjeb” (Ġw 10:11).

Għaliex jgħid li hu “t-tajjeb”? Hemm rgħajja ħżiena? Fi żmien Ġesù kien hemm rgħajja li ma kinux jaqdu r-responsabbiltà tagħhom b’mod tajjeb… Kompli aqra »

Intom ragħajja imma tagħmlu parti mill-merħla wkoll – L-Arċisqof lis-saċerdoti novelli

Quddiesa mas-saċerdoti novelli

  Is-Santwarju tal-Madonna tal-Mellieħa, il-Mellieħa

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Min jaf kemm-il darba lil Ġesù ngħidulu dak li qalulu l-Lhud: “Kemm se ddum taqlgħalna ruħna?” (Ġw10:24), għax jitlobna xi ħaġa u nħossuha tassew diffiċli. Aħna nafu li Ġesù hu l-Iben t’Alla. Ma naħsibx li għandna problema bl-identità tiegħu. Imma l-isfida li jagħmlilna hi li nkunu parti mill-merħla tiegħu.

“In-nagħaġ tiegħi jisimgħu leħni, u jiena nagħrafhom, u huma jimxu warajja” (Ġw 22:27)… Kompli aqra »

Quddiesa mas-saċerdoti l-ġodda – 23 ta’ April 2024, 9:30am

  Is-Santwarju tal-Madonna tal-Mellieħa

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 23 ta’ April

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 11:19-26
Salm: 86 (87):1-3,4-5,6-7

L-Evanġelju: Ġw 10:22-30

F’Ġerusalemm ħabtet il-festa tal-Konsagrazzjoni tat-tempju. Kienet ix-xitwa, u Ġesù kien miexi minn naħa għal oħra tat-tempju, fil-loġġa ta’ Salamun. Il-Lhud daru miegħu u qalulu: “Kemm se ddum taqlgħalna ruħna? Jekk inti l-Messija għidilna ċar u tond.” Weġibhom Ġesù: “Għedtilkom u intom ma temmnux. L-għemejjel li nagħmel jien f’isem Missieri jixhdu għalija… Kompli aqra »

“Tkabbir futur tal-UE hu messaġġ qawwi ta’ tama” – L-Isqfijiet Ewropej

L-Isqfijiet tal-COMECE jaraw it-tkabbir tal-UE bħala “messaġġ qawwi ta’ tama għaċ-ċittadini Ewropej”

“Ejjew inkomplu nibnu l-Ewropa flimkien” hi t-tema ta’ stqarrija li għadha kemm ħarġet mill-isqfijiet tal-COMECE miġbura fil-jiem li għaddew f’Łomża, il-Polonja, għall-Assemblea tar-Rebbiegħa, fejn attenda wkoll l-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi f’isem il-Konferenza Episkopali Maltija.

Fl-okkażjoni tal-20 anniversarju mit-tkabbir sinifikanti tal-Unjoni Ewropea li kien sar fl-2004, inkluż is-sħubija ta’ Malta, l-isqfijiet urew l-appoġġ tagħhom għall-prospetti ta’ iktar tkabbir fil-futur: “Din mhijiex biss ħtieġa ġeopolitika għall-istabbiltà fil-kontinent tagħna, imma wkoll messaġġ qawwi ta’ tama għaċ-ċittadini li jixtiequ jgħixu fil-paċi u l-ġustizzja”… Kompli aqra »

Nagħtu ħajjitna lil xulxin! – L-Arċisqof

Quddiesa f'Jum il-Vokazzjonijiet

  Il-Kappella fiċ-Ċentru tal-Vokazzjonijiet fis-Seminarju tal-Virtù

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Kull sena naqraw silta minn kapitlu 10 tal-Evanġelju ta’ San Ġwann, fejn Ġesù jippreżenta lilu nnifsu bħala r-Ragħaj it-Tajjeb. Fis-silta ta’ din is-sena — forsi l-iżjed waħda magħrufa — insibu din l-espressjoni qawwija: “Jiena r-Ragħaj it-Tajjeb. Ir-ragħaj it-tajjeb jagħti ħajtu għan-nagħaġ tiegħu” (Ġw 10:11). Fl-Evanġelju sabiħ tal-lum din il-frażi kemm-il darba nisimgħuha: ‘li tagħti ħajtek’. Ġesù, biex jispjegaha juża diversi tixbihat… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 22 ta’ April 2024, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 22 ta’ April

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 11:1-18
Salm: 41 (42):2-3; 42 (43):3,4

L-Evanġelju: Ġw 10:1-10

F’dak iż-żmien, Ġesù qal: “Tassew tassew ngħidilkom, min ma jidħolx fil-maqjel tan-nagħaġ mill-bieb imma jaqbeż ġewwa minn naħa oħra, dak hu ħalliel u brigant. Imma min jidħol mill-bieb hu r-ragħaj tan-nagħaġ. Min ikun mal-bieb lilu jiftaħ, in-nagħaġ minn leħnu jisimgħu, u hu jsejjaħ in-nagħaġ tiegħu waħda waħda b’isimhom u joħroġhom barra… Kompli aqra »

Imsejħin niżirgħu t-tama u nibnu l-paċi – Il-Papa

Għeżież ħuti!

Il-Jum Dinji ta’ Talb għall-Vokazzjonijiet jistedinna, ta’ kull sena, inqisu d-don prezzjuż tas-sejħa li l-Mulej jagħmel lil kull wieħed u waħda minna, il-poplu fidil tiegħu li jinsab miexi, biex nistgħu nieħdu sehem fil-pjan tiegħu ta’ mħabba u ninkarnaw fina l-ġmiel tal-Vanġelu fid-diversi stati tal-ħajja. Li nisimgħu s-sejħa divina mhux xi dmir impost minn barra, forsi f’isem ideal reliġjuż; imma huwa l-mod l-iżjed żgur li għandna biex inseddqu fina x-xwwqa għall-ferħ li nġorru ġo fina: il-ħajja tagħna titwettaq u tilħaq il-milja tagħha meta niskopru min aħna, liema huwa l-kwalitajiet tagħna, f’liema qasam jistgħu jagħmlu l-frott, liema triq nistgħu nimxu biex insiru sinjal u strument ta’ mħabba, ta’ akkoljenza, ta’ ġmiel u ta’ paċi, fil-kuntesti li fihom ngħixu… Kompli aqra »