Yearly Archives: 2024

Stqarrija mit-Tribunal Ekkleżjastiku dwar allegazzjonijiet foloz minn Prof. Simon Mercieca

We refer to a blogpost by Simon Mercieca put up on his website on 5 March, 2024, entitled “Il-Kurja ser tippubblika l-annullament ta’ Jason Azzopardi kif kienet għamlet b’ta’ Alfred Sant meta għaddietu lil Daphne Caruana Galizia ħalli tumiljah?”

Once again, Professor Mercieca is making serious and harmful allegations against the Ecclesiastical Tribunal and the President of the Regional Tribunal of Second Instance, Mgr Joseph Bajada, which are false and require clarification… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 6 ta’ Marzu 2024, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 6 ta’ Marzu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Dewt 4:1,5-9
Salm: 147:12-13,15-16,19-20

L-Evanġelju: Mt 5:17-19

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Xejn taħsbu li ġejt inwaqqa’ l-Liġi jew il-Profeti; jiena ma ġejtx biex inwaqqagħhom, iżda biex inwassalhom għall-milja tagħhom. Tassew ngħidilkom, li sa ma jkunu għaddew is-sema u l-art anqas l-iżgħar ittra jew tikka waħda mil-Liġi ma titneħħa sa ma jkun seħħ kollox.

Jekk mela xi ħadd iġib fix-xejn wieħed mill-iżgħar minn dawn il-kmandamenti u jgħallem lin-nies biex jagħmlu l-istess, dan jissejjaħ l-iżgħar fis-Saltna tas-Smewwiet… Kompli aqra »

Ma nkunux kundizzjonati mill-oħrajn – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Hu għadda minn ġo nofshom u baqa’ sejjer” (Lq 4:30). Hekk naqraw fi tmiem dan ir-rakkont mill-Evanġelju skont San Luqa, u b’dal-mod Ġesù ħeles minn attentat ta’ qtil, għax dawn in-nies riedu jixħtuh minn fuq l-għolja fejn kienet mibnija l-belt tagħhom, jixħtuh għal isfel. Imma hu għadda minn ġo nofshom u baqa’ sejjer. Hawnhekk tolqotna ħafna kif dawn in-nies kellhom din ir-reazzjoni vjolenti għal dak li qal Ġesù, u mhux biss irrabjaw, imma r-rabja ġegħlithom ukoll li jfittxu li joqtluh… Kompli aqra »

Il-Papa se jmexxi l-’24 siegħa għall-Mulej’ li jmiss

Pope Francis goes to confession during a Lenten penance service in St Peter’s Basilica at the Vatican March 25, 2022, as part of the “24 Hours for the Lord” Lenten prayer initiative. (CNS photo/Paul Haring)

Pope Francis will open the eleventh edition of the ’24 Hours for the Lord’ Lenten initiative this Friday, March 8, at the Roman parish of San Pio V, according to a statement from the Dicastery for Evangelization… Kompli aqra »

L-Arċisqof jappella lill-MCESD biex ħadd ma jħossu ċittadin tat-tieni klassi

L-Arċisqof Charles Sclcuna u l-Isqof Joseph Galea-Curmi flimkien mal-MCESD u membri tal-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi. Ritratt: Arċidjoċesi ta’ Malta – Ian Noel Pace

L‑Arċisqof Charles Scicluna appella lill-imsieħba soċjali tal‑Kunsill Malti għall‑Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD) sabiex fid‑deċiżjonijiet li jittieħdu ma ninsewx lir-residenti mhux Maltin li qed jgħixu f’pajjiżna għaliex m’għandhomx ikunu ċittadini tat‑tieni klassi.

Huwa qal dan waqt laqgħa li fil-Kurja tal-Arċisqof u li għaliha kien hemm preżenti wkoll l-Isqof Joseph Galea-Curmi, bil‑parteċipazzjoni tas‑Segretarju Parlamentari għad‑Djalogu Soċjali, l‑Onor… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 5 ta’ Marzu 2024, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 5 ta’ Marzu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Dan 3:25,34-43
Salm: 24 (25):4bċ-5ab,6-7bċ,8-9

L-Evanġelju: Mt 18:21-35

F’dak iż-żmien, Pietru resaq lejn Ġesù u qallu: “Mulej, xi kemm-il darba jrid jonqosni ħija biex jiena naħfirlu? Sa seba’ darbiet?” Wieġbu Ġesù: “Ma ngħidlikx sa seba’ darbiet. Imma sa sebgħa u sebgħin darba.

Għalhekk is-Saltna tas-Smewwiet nistgħu nxebbhuha ma’ wieħed sultan, li ried jagħmel il-kontijiet mal-qaddejja tiegħu. Kif beda jagħmel dan, ħadulu quddiemu wieħed li kellu jagħtih għaxart elef talent… Kompli aqra »

Taħdita pubblika: U jdejk jgħallmuni kollox

Taħdita dwar Oliver Friggieri u San Ġorġ Preca

Iċ-Ċentru Studji Dun Ġorġ, fi ħdan is-Soċjetà tal-MUSEUM, qed jorganizza taħdita għall-pubbliku dwar Oliver Friggieri u San Ġorġ Preca minn Dr David Aloisio.

Il-kittieb Oliver Friggieri kien jiddeskrivi lil San Ġorġ Preca bħala “bniedem li ma kienx f’postu f’din id-dinja u li għex jistenna li jmur lura f’postu. Sadattant ipprova jkaxkar lil kulħadd miegħu, bil-kelma li kienet azzjoni, u bl-azzjoni li żvugat fil-kelma”… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Angelus: Daqshekk għall-ġlied fil-Lvant Nofsani

  Pjazza San Pietru, il-Vatikan

Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb!

L-Evanġelju tal-lum itina xena iebsa: Ġesù jkeċċi lil-merkanti mit-tempju (ara Ġw 2:13-25), Ġesù jkeċċi lill-bejjiegħa, jaqleb il-bankijiet tas-sarrafa tal-flus u jwiddeb lil kulħadd b’dal-kliem: “Id-dar tiegħi tagħmulhiex dar tan-negozju: (v. 16). Nieqfu ftit fuq il-kuntrast bejn dar u suq: dawn huma żewġ modi kif bniedem jippreżenta ruħu quddiem il-Mulej.

Fit-tempju meqjus bħala suq, biex wieħed ikun f’postu ma’ Alla kien biżżejjed jixtri nagħġa, iħallas tagħha u jikkunsmaha fuq il-ħatab tal-altar… Kompli aqra »