Yearly Archives: 2024

Quddiesa u Rużarju – 11 ta’ Marzu 2024, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 11 ta’ Marzu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Iż 65:17-21
Salm: 29 (30):2,4,5-6,11-12a,13b

L-Evanġelju: Ġw 4:43-54

F’dak iż-żmien, Ġesù telaq mis-Samarija lejn il-Galilija; għax Ġesù stess xehed li profeta ma għandux ġieħ f’pajjiżu. Mela meta wasal il-Galilija, il-Galilin laqgħuh tajjeb billi lkoll raw kulma kien għamel f’Ġerusalemm f’jum il-festa, għax huma wkoll kienu marru għall-festa.

U raġa’ ġie f’Kana tal-Galilija, fejn kien biddel l-ilma fi nbid… Kompli aqra »

Kappillani ġodda għall-Imqabba, il-Kalkara u Tal-Ibraġ; u amministratur parrokkjali għall-Balluta

Kappillan ġdid għall-parroċċa tal-Imqabba Dun Blake Camilleri

L‑Arċisqof Charles Scicluna qed jafda l‑ħidma pastorali tal‑parroċċa ta’ Santa Marija fl‑Imqabba f’idejn Dun Blake Camilleri bħala l‑kappillan ta’ din il‑parroċċa. Mons. Arċisqof jirringrazzja lil Dun John Philip Curmi tal‑ħidma tiegħu bħala kappillan f’din il‑parroċċa għal dawn l‑aħħar 10 snin.

Dun Blake Camilleri twieled fit‑8 ta’ Mejju 1984. Beda l‑mixja għas‑saċerdozju fis‑Seminarju Maġġuri tal‑Arċisqof f’Tal‑Virtù fir‑Rabat u studja fil‑Fakultà tat‑Teoloġija fl‑Università ta’ Malta minn fejn iggradwa fil‑Filosofija u t‑Teoloġija… Kompli aqra »

Quddiesa fir-Raba’ Ħadd tar-Randan – 10 ta’ Marzu 2024, 9:30am

  Il-Knisja Parrokkjali ta' Sant'Andrija, Ħal Luqa

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 10 ta’ Marzu

Ir-Raba’ Ħadd tar-Randan
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 2 Kron 36:14-16,19-23
Salm: 136 (137):1-2,3,4-5,6
It-Tieni Qari: Ef 2:4-10

L-Evanġelju: Ġw 3:14-21

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lil Nikodemu: “Kif Mosè rafa’ s-serp fid-deżert, hekk jeħtieġ li jkun merfugħ Bin il-bniedem,biex kull min jemmen fih ikollu l-ħajja ta’ dejjem.

Għax Alla hekk ħabb lid-dinja li ta lil Ibnu l-waħdieni, biex kull min jemmen fih ma jintilifx, iżda jkollu l-ħajja ta’ dejjem… Kompli aqra »

Fil-qalba ta’ ħajjitna – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Ma hemmx kmandament ieħor akbar minn dawn” (Mk 12:31). Dan huwa l-kliem li jgħid Ġesù, fl-Evanġelu skont San Mark, għall-mistoqsija li għamillu wieħed mill-kittieba. Dan staqsieh liema wieħed, fost il-kmandamenti kollha, huwa l-ewwel. Din kienet mistoqsija illi jagħmluha ħafna dak iż-żmien. U kienu jagħmluha għax kellhom ħafna kmandamenti, liġijiet, u preċetti – kellhom ’il fuq minn 600. Għalhekk kienu jiddiskutu bejniethom: imma liema wieħed fost il-kmandamenti jiġi l-ewwel? … Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 9 ta’ Marzu 2024, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 9 ta’ Marzu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ħos 6:1-6
Salm: 50 (51):3-4,18-19,20-21ab

L-Evanġelju: Lq 18:9-14

F’dak iż-żmien, kien hemm uħud li kienu jafdaw fihom infushom li huma ġusti u kienu jmaqdru lill-oħrajn. Ġesù qalilhom din il-parabbola: “Żewġt irġiel, wieħed Fariżew u l-ieħor pubblikan, telgħu fit-tempju biex jitolbu.

Il-Fariżew, wieqaf, talab hekk f’qalbu: ‘O Alla, niżżik ħajr li m’iniex bħall-bqija tal-bnedmin, ħalliela, inġusti, żienja, jew ukoll bħal dan il-pubblikan… Kompli aqra »

Servizz ġdid għall-ommijiet fil-bżonn u t-trabi tagħhom

Il-Fondazzjoni Life Network ħabbret servizz ġdid għan-nisa li jikkonsisti f’units residenzjali, indirizzati sabiex jagħti sapport addizzjonali lill-ommijiet fil-bżonn u t-trabi tagħhom.

Din l-inizjattiva ġdida tipprovdi sapport kontinwu għall-ommijiet u t-trabi wara li jtemmu il-programm ta’ sena fi ħdan il-maternity home Dar Tgħannieqa ta’ Omm. Il-maternity home tipprovdi sapport ta’ 24-siegħa kuljum, qabel, u wara t-twelid tat-tarbija.

Il-units residenzjali se jipprovdu ambjent akkoljenti u sikur sabiex dawn l-ommijiet jkunu jistgħu jmorru lura għax-xogħol jew jtemmu l-istudji tagħhom… Kompli aqra »

Ħsieb mill-Arċisqof: inrawmu soċjetà f’saħħitha

Riflessjoni għar-Randan 2024

Matul l-2024, l-Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex qed iħeġġu sabiex bħala pajjiż u Nsara, nirriflettu fuq il-ħames doni mingħand il-Mulej li l-poeta nazzjonali Dun Karm Psaila jfakkarna fihom fl-Innu Malti: id-dehen, il-ħniena, is-saħħa, l-għaqda u s-sliem. Dan hekk kif din is-sena, Malta tagħlaq 60 sena indipendenti u 50 sena repubblika.

Il-ħames doni li Dun Karm jitlob għalihom fl-Innu Malti, id-dehen, il-ħniena, is-saħħa, l-għaqda u s-sliem, huma doni li ġejjin mingħand il-Mulej… Kompli aqra »