Yearly Archives: 2024

Il-Papa jikkanonizza l-ewwel mara Arġentina

Pope Francis canonises María Antonia de San José, describing her as a “wayfarer of the spirit” and “a model of apostolic fervour and audacity”.

‘Mama Antula’ is Argentina’s first female saint.

She was canonised by Pope Francis – himself Argentinian– on Sunday morning, in a Mass in St Peter’s Basilica.

María Antonia de San José de Paz y Figueroa, known in her own country, and by millions of faithful around the world, as “Mama Antula”, lived in Argentina in the 18th century… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 13 ta’ Frar 2024, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 13 ta’ Frar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġak 1:12-18
Salm: 93 (94):12-13a,14-15,18-19

L-Evanġelju: Mk 8:14-21

F’dak iż-żmien, id-dixxipli nsew jieħdu l-ħobż, u ma kellhomx ħlief ħobża waħda magħhom fid-dgħajsa. Ġesù wissiehom u qalilhom: “Iftħu għajnejkom, oqogħdu attenti mill-ħmira tal-Fariżej u mill-ħmira ta’ Erodi!”. Huma bdew jgħidu bejniethom: “Dan għax m’għandniex ħobż.”

Ġesù induna u qalilhom: “X’intom tgħidu bejnietkom li ma għandkomx ħobż? Għadkom ma ntbaħtux u ma fhimtux? … Kompli aqra »

Il-Karmelitani f’Malta se jinġabru fil-komunitajiet tal-Belt, il-Fgura u Santa Venera

During the 2024 Provincial Chapter of the Maltese Province of the Carmelite Order, it was decided that the Carmelite friars would continue to sustain their presence and service in three out of six communities. This decision aimed to maintain the Carmelite presence in the parish of Fgura, at the national shrine of Our Lady of Mount Carmel in Valletta, and in the parish of St Venera.  … Kompli aqra »

Jinkludi lil dawk esklużi – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Knisja ta' St Agatha, ir-Rabat

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Il-marda tal-lebbra fi żmien Ġesù, u qablu, kienet marda li toħloq tbatija kbira lin-nies vittmi tagħha, għax kienet marda li kienet taqta’ lil min kien marid mis-soċjetà. Fil-fatt, rajna fil-Ktieb tal-Levitiku x’kellu jagħmel min kien marid bil-lebbra: li jżomm ruħu ’l bogħod min-nies, li jekk jara lil xi ħadd jersaq, jgħajjat “imniġġes, imniġġes” (Lev 13:45) biex dak li jkun ma jersaqx fil-qrib… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Anġelus: L-imħabba teħtieġ il-konkretezza, l-imħabba titlob il-preżenza

  Pjazza San Pietru, il-Vatikan

Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb!

L-Evanġelju tal-lum jippreżentalna l-fejqan ta’ raġel marid bil-lebbra (cfr Mk 1, 40-45).  Lill-marid li talbu bil-ħniena Ġesù jwieġbu: “Irrid, kun imfejjaq!” (v. 41).  Jgħid sentenza sempliċi għall-aħħar, u mill-ewwel tidħol fis-seħħ. Infatti l-lebbra “marritlu minnufih u hu fieq” (v. 42).  Dan hu l-istil ta’ Ġesù ma min isofri: ftit kliem u fatti konkreti.

Bosta drabi fl-Evanġelju naraw din l-imġieba fih fil-preżenza ta’ min ikun qed ibati: torox u muti (cf Mk 7,31-37), paralitiċi (cfr Mk 2,1-12) u tant oħrajn fil-bżonn (cfr Mk 5). Dejjem hekk iġib ruħu: jitkellem ftit u mal-kelma minnufih iseħħ l-azzjoni: imil, jaqbad l-idejn, ifejjaq. Ma joqgħodx jintilef f’dikorsi jew mistoqsijiet, anqas u anqas fi pjetiżmi u sentimentaliżmi.  Pjuttost juri l-pudur delikat ta’ min jisma’ b’attenzjoni u jaġixxi bla telf ta’ ħin, preferibbilment bla ma jagħti fil-għajn… Kompli aqra »

Quddiesa f’Jum il-Morda – 12 ta’ Frar 2024, 9:30am

  Il-Kappella ta' San Vinċenz de Paule, Ħal Luqa

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 12 ta’ Frar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġak 1:1-11
Salm: 118 (119):67,68,71,72,75,76

L-Evanġelju: Mk 8:11-13

F’dak iż-żmien, ġew il-Fariżej u bdew iħaqquha ma’ Ġesù; u, biex iġarrbuh, talbuh sinjal mis-sema. Hu tniehed tnehida fih innifsu u qal: “Għalfejn irid sinjal dan in-nisel? Tassew ngħidilkom, ebda sinjal ma jingħatalu dan in-nisel.”

U telaqhom, raġa’ tala’ fuq id-dgħajsa u mar ix-xatt l-ieħor. Kompli aqra »

“Nitolbu biex tassew nilqgħu lil kulħadd fis-soċjetà tagħna” – L‑Arċisqof

Omelija fis-sitt Ħadd ta’ matul is-sena

  Il-Knisja Parrokkjali ta' San Franġisk, il-Qawra

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

L-Evanġelju tal-lum jista’ jinstema’ bħala xi ħaġa ’l bogħod għaliex għall-grazzja t’Alla l-marda tal-lebbra—marda li taffetwa l-ġilda tal-bniedem—illum hawn il-fejqan għaliha. Imma tajjeb nieħdu t-tagħlima li jagħtina Ġesù—tagħlima ta’ ħniena u ta’ kuraġġ—u nistaqsu lilna nfusna: imma fostna, madwarna, fil-familji tagħna hemm nies għeżież u oħrajn mhumiex li aħna nitrattaw bħalma kienu jagħmlu elfejn sena ilu lil min kien bil-lebbra? … Kompli aqra »

Infejqu l-morda billi nfejqu r-relazzjonijiet

Artiklu mill-Isqof Joseph Galea-Curmi ppubblikat f’The Sunday Times

“It is not good for man to be alone. Healing the Sick by Healing Relationships” is the theme of the message of Pope Francis for the 2024 World Day of the Sick, held today, 11 February. 

In his message, the Pope explores the fundamental importance and healing power of our relationships with others and with God. Drawing on God’s words about Adam in the Book of Genesis (cf… Kompli aqra »