Yearly Archives: 2024

L-Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona rikoverat l-isptar

Il-kundizzjoni ta' saħħtu qed titjieb u mistenni jiġi rilaxxat dalwaqt

L-Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona jinsab l-Isptar Mater Dei fejn ilu rikoverat minn nhar it-Tlieta li għadda, iżda l-kundizzjoni ta’ saħħtu qed titjieb tant li mistenni jiġi rilaxxat fil-jiem li ġejjin.

Newsbook.com.mt huwa infurmat li Mons. Cremona rrisponda tajjeb għall-kura li ngħatatlu, u l-aħħar testijiet mediċi li sarulu juru li l-kundizzjoni tiegħu qalbet għall-aħjar.

L-aħbar li Mons. Cremona jinsab rikoverat fl-Isptar Mater Dei wasslet għal numru ta’ parroċċi jappellaw online għat-talb tal-pubbliku… Kompli aqra »

Id-Dikasteru għad-Duttrina tal-Fidi jikkjarifika l-applikazzjoni ta’ ‘Fiducia supplicans’

In a statement signed by the Cardinal prefect and the secretary, the Dicastery for the Doctrine of the Faith clarifies that ‘Fiducia supplicans’ does not change the doctrine on marriage; that bishops are able to discern the application of the document according to context; and that pastoral blessings are not comparable to liturgical and ritualized blessings. The full text of the statement is presented below… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 5 ta’ Jannar 2024, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 5 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Ġw 3:11-21
Salm: 99 (100):2,3,4,5

L-Evanġelju: Ġw 1:43-51

F’dak iż-żmien, Ġesù ddeċieda li jitlaq lejn il-Galilija. Sab lil Filippu u qallu: “Ejja warajja!” Filippu kien minn Betsajda, il-belt ta’ Indrì u Pietru. Filippu sab lil Natanjel u qallu: “Sibna lil dak li fuqu kitbu Mosè fil-Liġi, u l-profeti fil-kotba tagħhom: Ġesù minn Nazaret, bin Ġużeppi.” Qallu Natanjel: “Tista’ toħroġ xi ħaġa tajba minn Nazaret?” Filippu wieġbu: “Ejja u ara.”

Meta Ġesù ra lil Natanjel riesaq lejh qal għalih: “Ara, dan tassew wieħed minn Iżrael li jixraqlu dan l-isem; ma hemm ebda qerq fih.” Natanjel staqsieh: “Kif sirt tafni?” U Ġesù wieġbu: “Rajtek taħt is-siġra tat-tin qabel ma sejjaħlek Filippu.” Qallu Natanjel: “Rabbi, int l-Iben ta’ Alla, inti s-sultan ta’ Iżrael!”

Ġesù wieġbu: “Qiegħed temmen għax għedtlek li rajtek taħt is-siġra tat-tin? … Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza – Irridu nitgħallmu kif inġibu ruħna fit-tentazzjonijiet

  Awla Pawlu VI, Il-Vatikan

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Il-ġimgħa l-oħra introduċejna t-tema tal-vizzji u tal-virtujiet. Din tfakkarna fit-taqbida spiritwali tan-Nisrani. Fil-fatt, il-ħajja spiritwali tan-Nisrani mhijiex paċifika, lineari u mingħajr sfidi; bil-maqlub, il-ħajja Nisranija tesiġi taqbida kontinwa: it-taqbida Nisranija biex nikkonservaw il-fidi, biex narrikkixxu d-don tal-fidi fina. Mhux b’kumbinazzjoni li l-ewwel dilka li kull Nisrani jirċievi fis-sagrament tal-Magħmudija – id-dilka katekumenali – ma fihiex fwieħa, u simbolikament tħabbar li l-ħajja hi taqbida… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 4 ta’ Jannar 2024, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 4 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Ġw 3:7-10
Salm: 97 (98):1,7-8,9

L-Evanġelju: Ġw 1:35-42

F’dak iż-żmien, Ġwanni raġa’ kien hemm ma’ tnejn mid-dixxipli tiegħu. Ħares lejn Ġesù li kien għaddej minn hemm, u qal: “Araw il-Ħaruf ta’ Alla!” Iż-żewġ dixxipli semgħuh jgħid dan, u marru wara Ġesù.

Ġesù dar u rahom mexjin warajh, u qalilhom: “Xi tridu?” Iżda huma staqsewh: “Fejn toqgħod, Rabbi?” – li tfisser Mgħallem… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 3 ta’ Jannar 2024, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 3 ta’ Jannar

L-Isem Imqaddes ta’ Alla
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Ġw 2:29 – 3:6
Salm: 97 (98):1,3ċd-4,5-6

L-Evanġelju: Ġw 1:29-34

F’dak iż-żmien, Ġwanni ra lil Ġesù riesaq lejh, u qal: “Araw il-Ħaruf ta’ Alla, li jneħħi d-dnub tad-dinja! Dan hu li għalih għedtilkom: ‘Warajja ġej bniedem li hu aqwa minni, għax kien qabli.’ Anqas jien stess ma kont nafu; imma jien għalhekk ġejt ngħammed bl-ilma, biex hu jkun mgħarraf lil Iżrael.”

U Ġwanni xehed għalih u qal: “Jiena rajt l-Ispirtu nieżel mis-sema bħal ħamiema u joqgħod fuqu… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Anġelus – L-imħabba sseddaq

  Pjazza San Pietru, il-Vatikan

Għeżież ħuti, is-sena t-tajba!

F’dan il-jum li fih niċċelebraw lil Marija Santissma Omm Alla, inqiegħedu ż-żmien li ngħatalna taħt il-ħarsien attent tagħha. J’alla tindukrana tul din is-sena.

L-Evanġelju tal-lum jurina li l-kobor ta’ Marija mhux riżultat ta’ xi azzjoni straordinarja; pjuttost, waqt li r-ragħajja jħaffu lejn Betlehem wara li waslitilhom l-aħbar (cfr Lq 2,15-16), hi tibqa’ siekta.  Hu sinjal sabiħ is-skiet tal-Omm.  … Kompli aqra »