Arkivji mensili: Awwissu 2025

Quddiesa u Rużarju – 29 t’Awwissu 2025, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 29 ta’ Awwissu

Il-Martirju ta’ San Ġwanni l-Battista
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġer 1:17-19
Salm: 70:1-6,15-17

L-Evanġelju: Mk 6:17-29

F’dak iż-żmien: Erodi bagħat jarresta ’l Ġwanni u qaflu fil-ħabs minħabba f’Erodja, mart ħuħ Filippu, billi kien iżżewwiġha hu. Għax Ġwanni lil Erodi kien jgħidlu: “Ma tistax iżżommha int il-mara ta’ ħuk.” Għalhekk Erodja saret tobogħdu u kienet trid toqtlu, imma ma kinitx tista’, għax Erodi, li kien jaf x’raġel tajjeb u qaddis kien Ġwanni, kien jibża minnu: u kien iħarsu mill-għawġ, u kien iħobb joqgħod jisimgħu, għad li kien jibqa’ mħasseb ħafna wara li jisimgħu… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza: Nitgħallmu ningħataw f’idejn ir-rieda tajba tal-Missier

  Awla Pawlu VI, il-Vatikan

Ċiklu ta’ Katekeżi – Ġublew 2025. Ġesù Kristu t-tama tagħna. III. L-Għid ta’ Ġesù. 4. L-għotja. “Lil min qegħdin tfittxu?” (Ġw 18:4)

Għeżież ħuti,

Illum se nieqfu fuq xena li timmarka l-bidu tal-Passjoni ta’ Ġesù: il-mument tal-arrest tiegħu fil-Ġnien taż-Żebbuġ. L-evanġelista Ġwanni, bil-profondità tiegħu tas-soltu, ma jippreżentalniex Ġesù mwerwer, li jaħrab u jmur jinħeba. Bil-maqlub, jurina bniedem ħieles, li jagħmel pass ’il quddiem hu u jieħu l-kelma f’idejh, u jaffronta b’wiċċu minn quddiem is-siegħa li fiha jista’ jidher id-dawl tal-ikbar imħabba… Kompli aqra »

“Meta ma tkun qed tagħmel ħsara lil ħadd biss, tkun passiv” – Fr Charles

Waqt il-programm The Handbook fuq RTK103, Fr Charles Tabone qal li meta sempliċiment ma nagħmlu ħsara lil ħadd u daqshekk, inkunu biss passivi.

Il-mistednin ta’ The Handbook ta’ din il-ġimgħa huma Fr Charles Tabone u Miriana Fenech Caruana. The Handbook jixxandar kuljum fuq RTK103 fil-05.30, fis-12:40, fis-19.20 u fid-21.30, kif ukoll fuq Facebook permezz tal-paġna The Handbook.

Silta mill-qari tal-lum
Qari mill-Evanġelju skont San Mattew – Mt 19, 16-22
Jekk int trid tidħol fil-ħajja, ħares il-kmandamenti”… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 28 t’Awwissu 2025, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 28 ta’ Awwissu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Tess 3:7-13
Salm: 89 (90):3-4,12-13,14 & 17

L-Evanġelju: Mt 24:42-51

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Ishru, mela, għax ma tafuhx il-jum li fih jiġi Sidkom. Kunu afu dan, li kieku sid id-dar kellu jkun jaf f’liema sahra tal-lejl se jiġi l-ħalliel, kien jishar u ma jħallix min jinfidlu l-ħitan ta’ daru. Mela kunu lesti intom ukoll, għax qatt ma tistgħu tobsru s-siegħa li fiha jiġi Bin il-bniedem… Kompli aqra »

Pre-Order: Is-Seba’ Volum ta’ Kelma ta’ Ħabib

kelma ta' habib 2021 KTH

L-Arċidjoċesi ta’ Malta tħabbar il-pubblikazzjoni tas-seba’ volum bid-diskorsi tal-Arċisqof Charles J. Scicluna. Dan il-ktieb jiġbor messaġġi u omeliji li jixhdu l-effetti persistenti tal-pandemija COVID-19, kif ukoll il-pożizzjoni ċara tal-Arċisqof dwar il-proposti għal-legalizzazzjoni tal-kannabis.

L-ispirazzjoni mill-Ittra Appostolika Patris Corde tal-Papa Franġisku, iċ-ċelebrazzjoni tal-Jum Dinji tan-Nanniet u l-Anzjani, u l-appelli favur il-migranti jagħmlu dan il-volum xhieda ħajja ta’ imħabba u impenn soċjali. Il-ktieb huwa mżewwaq b’ritratti bil-kulur meħuda waqt diversi attivitajiet fid-djoċesi… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 27 t’Awwissu 2025, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 27 ta’ Awwissu

L-Ewwel Qari: 1 Tess 2:9-13
Salm: 138 (139):7-8,9-10,11-12ab

L-Evanġelju: Mt 23:27-32

F’dak iż-żmien, Ġesù waqt li kien qed jitkellem qal: “Ħażin għalikom, intom il-kittieba u l-Fariżej, uċuħ b’oħra! Qiskom oqbra mbajda: minn barra jidhru sbieħ, u minn ġewwa mimlija għadam tal-mejtin u kull xorta ta’ ħmieġ! Hekk intom; minn barra tidhru tassew ġusti quddiem il-bnedmin, waqt li minn ġewwa kollkom ipokrisija u ħażen! … Kompli aqra »

Il-bieb dejjaq li jwassal għall-Ħajja – L‑Isqof Galea‑Curmi

Quddies fil-21 Ħadd tas-sena

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Kien fi triqtu lejn Ġerusalemm meta Ġesù “għadda jgħallem f’xi bliet u fl-irħula” (Lq 13:22). San Luqa jfakkarna li Ġesù kien qiegħed miexi lejn Ġerusalemm, u din mhijiex sempliċiment indikazzjoni ġeografika tat-triq li minnha kien għaddej u l-post fejn kien se jasal. Ġerusalemm hu l-post tal-passjoni, tal-mewt u tal-qawmien tiegħu. Kull pass li jagħmel Ġesù hu pass lejn it-twettiq tal-missjoni tiegħu ta’ salvazzjoni. 

Il-mistoqsija importanti

L-Evanġelju jurina lil Ġesù li f’din it-triq, ikompli għaddej minn diversi postijiet biex iwassal il-Bxara t-Tajba… Kompli aqra »