Arkivji mensili: Awwissu 2025

Kuraġġ ta’ sur – L‑Isqof Galea‑Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

L-istorja verament kerha, makabra, tal-qtil ta’ Ġwanni l-Battista turina mhux biss il-ħażen, u l-qawwa tal-ħażen, imma wkoll x’jiġifieri li tkun tgħix b’fedeltà u b’kuraġġ dak li temmen fih. Ħa nħarsu ftit lejn dawn in-nies protagonisti, jiġifieri Erodi, Erodja u wkoll magħha bintha, u Ġwanni l-Battista.

Erodi kien is-sultan, kellu l-poter. Kellu ħafna affarijiet taħt idejh. Hawnhekk, għamel din l-ikla, u fil-fatt meta t-tfajla li daħlet tiżfen, għoġbitu, qalilha: “Itlobni kulma trid, u jien nagħtik kulma titlobni” (Mk 6:22) – ara kemm għandi qawwa, nista’ nagħmel li rrid! … Kompli aqra »

Żerriegħa tal-paċi u tat-tama – Il-Papa

Messaġġ tal-Qdusija Tiegħu l-Papa Ljun XIV għall-10 Jum Dinji ta’ Talb għall-Għożża tal-Ħolqien 2025

Il-Messaġġ tal-Papa Ljun XIV

Għeżież ħuti!

It-tema ta’ dan il-Jum Dinji ta’ Talb għall-Għożża tal-Ħolqien, magħżula mill-maħbub tagħna l-Papa Franġisku, hi “Żerriegħa tal-Paċi u tat-Tama”. Fl-10 anniversarju mill-istituzzjoni ta’ dan il-Jum, li seħħet flimkien mal-pubblikazzjoni tal-Enċiklika Laudato si’, ninsabu fil-qalba tal-Ġublew, “pellegrini tat-Tama”. U proprju f’dan il-kuntest it-tema tikseb it-tifsira sħiħa tagħha.

Ħafna drabi Ġesù, fil-predikazzjoni tiegħu, jinqeda bix-xbieha taż-żerriegħa biex jitkellem fuq is-Saltna ta’ Alla, u lejlet il-Passjoni tiegħu japplikaha għalih innifsu, meta jqabbel lilu nnifsu mal-ħabba tal-qamħ, li biex tagħti frott jeħtieġ tmut (ara Ġw 12:24)… Kompli aqra »

Quddiesa tal-Ħadd – 31 t’Awwissu 2025, 9:30am

  Il-Monasteru tal-Klarissi, San Ġwann

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 31 ta’ Awwissu

It-Tnejn u Għoxrin Ħadd taż-Żmien Ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Sir 3:17-20,28-29
Salm: 67 (68):4-5aċ,6-7ab,10-11
It-Tieni Qari: Lhud 12:18-19,22-24a

L-Evanġelju: Lq 14:1,7-14

Darba, kien is-Sibt, Ġesù daħal għand wieħed mill-kapijiet tal-fariżej biex jiekol għandu, u huma qagħdu għajnejhom fih. Billi ra b’għajnejh kif il-mistednin bdew jagħżlu l-postijiet ta’ quddiem fil-mejda, qalilhom din il-parabbola: “Meta wieħed jistiednek għal xi festa ta’ tieġ, tmurx toqgħod fil-post ta’ quddiem, li ma jkunx hemm xi mistieden aqwa minnek, u dak li jkun stieden lilek u lilu jiġi fuqek jgħidlek: ‘Agħti l-post lil dan’, u int imbagħad, b’regħxa ta’ mistħija fuqek, ikollok tieħu l-post tal-aħħar… Kompli aqra »

“Għandek kemm għandek flus ma tistax kollox” – Fr Charles Tabone

Waqt il-programm The Handbook fuq RTK103, Fr Charles Tabone qal li jkun żbaljat li naħsbu li għax għandna l-flus nistgħu kollox u m’għandniex bżonn lil Alla, għax il-ġid materjali jinbidel u jispiċċa, iżda Alla ma jinbidilx u ma jispiċċax.

Il-mistednin ta’ The Handbook ta’ din il-ġimgħa huma Fr Charles Tabone u Miriana Fenech Caruana. The Handbook jixxandar kuljum fuq RTK103 fil-05.30, fis-12:40, fis-19.20 u fid-21.30, kif ukoll fuq Facebook permezz tal-paġna The Handbook… Kompli aqra »

Il-Papa jaħtar lill-Kardinal Mario Grech membru tad-Dikasteru għall-Kleru

Ritratt: Arċidjoċesi ta’ Malta – Ian Noel Pace

Il-Papa Ljun XIV ħatar lill-Em.T. il-Kardinal Mario Grech, Segretarju Ġenerali tas-Sinodu u Isqof Emeritu ta’ Għawdex, bħala membru tad-Dikasteru għall-Kleru.

Fl-aħħar snin, il-Papa Franġisku kien diġà qiegħed lill-Kardinal Grech bħala membru fil-Kunsill Pontifiċju għall-Promozzjoni tal-Għaqda tal-Insara, fit-Tribunal Suprem tas-Senjatura Appostolika, u fid-Dikasteri tal-Isqfijiet u tal-Kult Divin u d-Dixxiplina tas-Sagramenti.

F’kitba fuq Facebook, id-Djoċesi ta’ Għawdex wiegħdet lill-Kardinal Grech it-talb tagħha fil-ħidma tiegħu għall-ġid tal-Knisja universali… Kompli aqra »

Ċelebrazzjonijiet liturġiċi mill-Arċisqof Charles Scicluna f’Settembru 2025

Ritratt: Arċidjoċesi ta’ Malta – Ian Noel Pace

Matul ix‑xahar ta’ Settembru, l‑Arċidjoċesi ta’ Malta xxandar il‑quddiesa kuljum fid‑9:30am fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook Malta. Mit‑Tnejn sas‑Sibt tixxandar it‑talba tar‑rużarju fuq Knisja.mt, Newsbook Malta, u Facebook u YouTube tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta. Kull nhar ta’ Ħadd, il‑quddiesa tixxandar fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook Malta, l‑istazzjon tar‑radju RTK 103, u Facebook u YouTube tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 30 t’Awwissu 2025, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 30 ta’ Awwissu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Tess 4:9-11
Salm: 97 (98):1,7-8,9

L-Evanġelju: Mt 25:14-30

F’dak iż-żmien, Ġesù qal din il-parabbola lid-dixxipli tiegħu: “Għax dan bħal wieħed li kien se jsiefer, u sejjaħ lill-qaddejja tiegħu u ħallielhom ġidu f’idejhom. Lil wieħed tah ħames talenti, lil ieħor tnejn, u lil ieħor wieħed, kull wieħed skont il-ħila tiegħu. U siefer. Dak li kien ħa l-ħames talenti mar minnufih iħaddimhom u qala’ ħamsa oħra… Kompli aqra »

“Inħossha meta missier jgħidli li bintu misset max-xorb jew mad-droga fil-festa” – L-Isqof Teuma

L-Isqof ta' Għawdex jitkellem dwar l-iktar kwistjonijiet li jduru mal-familji Maltin u Għawdxin

“Meta jiġi missier ta’ tifel jew tifla jgħidli li missew max-xorb jew mad-droga fil-festa, jiena għalija nħossha. Ma nkunx tgħajtilha jien id-droga imma jien għandi sehem, xi ftit jew wisq, mir-responsabbiltà tagħha. Jew jiġi xi ħadd u jgħidlek isma’ hemm il-morda li qed jisimgħu dak id-damdim kollu ta’ sparar. M’għandi xejn kontra n-nar jekk isir b’mod moderat, sintendi. Dejjem jekk isir bħala espressjoni ta’ ferħ.”

L-Isqof ta’ Għawdex Anton Teuma qal dan waqt li kien intervistat waqt il-programm Għal Kulħadd fuq RTK103 ta’ Christine Delicata… Kompli aqra »