Arkivji mensili: Awwissu 2026

Quddiesa u Rużarju – 31 t’Awwissu 2026, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 31 ta’ Awwissu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Kor 2:1-5
Responsorju: S 118 (119):97,98,99,100,101,102

L-Evanġelju: Lq 4:16-30

F’dak iż-żmien, Ġesù ġie Nazaret fejn kien trabba. Daħal fis-sinagoga tagħhom, kif kien imdorri jagħmel nhar ta’ Sibt, u qam biex jaqra. Tawh f’idejh il-ktieb ta’ Iżaija l-profeta, fetħu u sab fejn kien hemm miktub dan li ġej: “L-Ispirtu tal-Mulej fuqi, għax hu kkonsagrani. Bagħatni nħabbar il-ħelsien lill-imjassrin, inwassal il-bxara t-tajba lill-fqajrin, u d-dawl mill-ġdid lill-għomja, irrodd il-ħelsien lill-maħqurin u nxandar is-sena tal-grazzja tal-Mulej.”

Imbagħad raġa’ għalaq il-ktieb, tah lura lill-qaddej u qagħad bilqiegħda… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Angelus: Anke meta nkunu konfużi bħal Pietru, għandna niddjalogaw mal-Mulej

  Il-Pjazza tal-Libertà, il-Kastell Gandolfo

Għeżież ħuti, il-ġurnata t-tajba u l-Ħadd it-tajjeb!

Illum, l-Evanġelju jgħidilna li Ġesù jtarraf lid-dixxipli l-Misteru tal-Għid tiegħu li kien qrib: jgħid: “Il-Messija meħtieġ għalih li jmur Ġerusalemm, isofri ħafna mix-xjuħ u l-qassisin il-kbar u l-kittieba, joqtluh, u fit-tielet jum iqum” (Mt 16,21).

L-affermazzjoni tiegħu kienet ferm bogħod minn dak li kienu qed jistennew huma: Messija trijonfanti u setgħani, li bis-saħħa tiegħu seta’ jisħaq l-għedewwa (Salmi 108,14)… Kompli aqra »

Ġebel ħaj mibni fuq il-ġebla tax-xewka – L‑Isqof Galea‑Curmi

100 sena mit-tqegħid tal-ewwel ġebla tal-Knisja Parrokkjali ta’ San Pietru, Birżebbuġa

  Il-Knisja Parrokkjali ta’ San Pietru, Birżebbuġa

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Għalhekk ġejt narak fit-tempju mqaddes tiegħek, biex nitgħaxxaq bis-setgħa u l-glorja tiegħek” (Salm 63:3). Hekk tlabna fis-Salm illum. Kliem li jgħodd ħafna għax qed niċċelebraw jum ta’ ringrazzjament speċjali.

Mitt sena ilu, tqiegħdet l-ewwel ġebla ta’ din il-knisja parrokkjali. Dawk li nġabru għal dik l-okkażjoni, u dawk li ħadmu biex bnew ġebla fuq oħra, ma setgħux jimmaġinaw għalkollox il-ġenerazzjonijiet li kienu se jiġu warajhom… Kompli aqra »

Dixxipli veri – L‑Isqof Galea‑Curmi

  Is-Santwarju tal-Madonna tas-Saħħa, ir-Rabat

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Allaħares, Mulej! Ma jkun qatt li dan jgħaddi minn għalik! (Mt 16:22). Dan huwa l-kliem li Pietru jgħid lil Ġesù fl-Evanġelju, hekk kif hu juri lid-dixxipli tiegħu x’hemm jistennieh: it-tbatija, iċ-ċaħda, il-mewt, u mbagħad il-qawmien mill-imwiet. Pietru jitħawwad ħafna b’dak li jisma’. Ma jistax jaċċetta li l-Messija kellu jbati. Għalhekk, jiġbed lil Ġesù lejh, u jlumu.

Imma meta jgħidlu “Ma jkun qatt li dan jgħaddi minn għalik!”, Ġesù jwieġbu bi kliem qawwi ħafna, b’ċanfira li ma tantx tara bħalha fil-kliem ta’ Ġesù: “Itlaq minn quddiemi, ja xitan! … Kompli aqra »

Quddiesa tal-Ħadd – 30 t’Awwissu 2026, 9:30am

  Is-Santwarju tal-Madonna tas-Saħħa, ir-Rabat

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 30 ta’ Awwissu

It-Tnejn u Għoxrin Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġer 20:7-9
Responsorju: S 62 (63):2,3-4,5-6,8-9
It-Tieni Qari: Rum 12:1-2

L-Evanġelju: Mt 16:21-27

F’dak iż-żmien, Ġesù beda juri lid-dixxipli tiegħu li kien meħtieġ għalih li jmur Ġerusalemm, isofri ħafna mix-xjuħ u l-qassisin il-kbar u l-kittieba, joqtluh, u fit-tielet jum iqum.

Pietru ġibdu lejh u beda jlumu u jgħidlu: “Allaħares, Mulej! … Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 29 t’Awwissu 2026, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 29 ta’ Awwissu

Il-Martirju ta’ San Ġwanni l-Battista
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġer 1:17-19
Responsorju: S 70:1-6,15-17

L-Evanġelju: Mk 6:17-29

F’dak iż-żmien: Erodi bagħat jarresta ’l Ġwanni u qaflu fil-ħabs minħabba f’Erodja, mart ħuħ Filippu, billi kien iżżewwiġha hu. Għax Ġwanni lil Erodi kien jgħidlu: “Ma tistax iżżommha int il-mara ta’ ħuk.” Għalhekk Erodja saret tobogħdu u kienet trid toqtlu, imma ma kinitx tista’, għax Erodi, li kien jaf x’raġel tajjeb u qaddis kien Ġwanni, kien jibża minnu: u kien iħarsu mill-għawġ, u kien iħobb joqgħod jisimgħu, għad li kien jibqa’ mħasseb ħafna wara li jisimgħu… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 28 t’Awwissu 2026, 9:30am